breadcrumb.ecName

Is-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ tipprovdi approċċi ġodda biex issaħħaħ liż-żgħażagħ

  • 30 Nov 2022
Is-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ fl-2022 kienet okkażjoni biex tonora u ssaħħaħ iż-żgħażagħ Ewropej. Matul is-sena kollha, il-politika ta' koeżjoni wasslet għal bosta inizjattivi u involviet liż-żgħażagħ fi djalogu miftuħ biex timmobilizza u tappoġġja l-isforzi tagħhom biex tibni Ewropa ekoloġika u reżiljenti.
Is-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ tipprovdi approċċi ġodda biex issaħħaħ liż-żgħażagħ

Il-kriżi tal-coronavirus tas-snin li għaddew kellha impatt sever fuq iż-żgħażagħ Ewropej. Issa, aktar minn qatt qabel, l-UE trid tappoġġja u tħeġġeġ liż-żgħażagħ tagħna biex isiru ċittadini attivi u impenjati.

Flimkien ma' kalendarju ippakkjat b'avvenimenti ffokati fuq iż-żgħażagħ, l-2022 rat firxa ta' azzjonijiet ta' politika ta' koeżjoni b'kollaborazzjoni mal-Parlament Ewropew, l-Istati Membri, l-awtoritajiet reġjonali u lokali u ż-żgħażagħ stess. Dawn il-miżuri jirrappreżentaw viżjoni għal perjodu twil għall-parteċipazzjoni iktar inklużiva miż-żgħażagħ.

'Iż-żgħażagħ jistgħu jsiru aġenti tal-bidla, imprendituri u innovaturi fil-komunitajiet lokali tagħhom,' tgħid il-Kummissarju għall-Koeżjoni u r-Riformi, Elisa Ferreira. 'Għandna bżonn il-viżjoni, l-impenn u l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fit-tfassil tal-futur tal-UE mingħajr ma nħallu lil ħadd u lil ebda reġjun lura.'

Proġetti emblematiċi fl-UE kollha

DĠ REGIO pproponiet tliet proġetti emblematiċi għas-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ li flimkien jirrappreżentaw 3 miljuni EUR biex jappoġġjaw liż-żgħażagħ.

B'fokus fuq il-Patt Ekoloġiku Ewropew u tranżizzjoni ġusta, EUTeens4Green ser toffri għotjiet għal inizzjattivi klimatiċi liż-żgħażgħaħ ta' bejn il-15 u l-24 sena. Is-sejħa għal proposti tal-proġetti għandha fil-mira żgħażagħ li jgħixu f'xi reġjun, inkluż fil-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta(JFT)

Il-proġett jippromwovi l-parteċipazzjoni ta' żgħażagħ fid-disinn u l-implimentazzjoni tal-politika ta' koeżjoni u Ewropa aktar ekoloġika. L-iskadenza għall-applikazzjonijiet tal-proġetti kienet estiża sa Jannar 2023

Fir-reġjuni ultraperifiċi tal-UE, minn Guadeloupe sal-Azores għal Le Réunion, proġett ieħor ser isaħħaħ liż-żgħażagħ ta' bejn il-15 u l-24 sena u jħeġġiġhom isiru aktar attivi fil-komunità tagħhom. Żgħażagħ għal Reġjuni Ultraperifiċihuwa proġett li ser jappoġġja azzjonijiet imfassla apposta għal kull reġjun, li ser jikkontribwixxi għal titjib tal-kwalità tal-ħajja, l-iżvilupp lokali, u t-tkabbir.

Dawn l-azzjonijiet proposti ma jridu jiffukaw fuq ebda qasam jew suġġett partikolari. Madanakollu, proġetti marbuta ma' prijoritajiet Ewropej - bħat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali, u l-irkupru - huma milqugħa b'mod partikolari. 

Żgħażagħ minn pajjiżi tal-UE jew minn pajjiżi ġirien ukoll qed jingħataw l-opportunità li jkunu involuti fi proġetti ta' kooperazzjoni territorjali grazzi għal Youth4Cooperation u Interreg.

Biex tkompli tibni fuq il-Manifest taż-Żgħażagħ ta' Interreg, il-Kummissjoni stiednet liż-żgħażagħ għal serje ta' avvenimenti matul is-sena li leħqu l-quċċata fis-Summit Youth4Cooperation f'Novembru Rakkomandazzjonijiet mill-Manifest taż-Żgħażagħ ser ikomplu jiġu implimentati.

 

Sfruttar għaqli tal-potenzjal sħiħ taż-żgħażagħ

Politika ta' koeżjoni qed tiffinanzja bosta azzjonijiet addizzjonali bi sħubija ma' politiki oħra tal-UE biex tkompli tappoġġja aktar liż-żgħażagħ Ewropej, minn ġurnalisti sa disinjaturi sa bdiewa żgħażagħ.

Il-programm Youth4Regions ipprovda taħriġ, programmi ta' konsulenza u esperjenza ta' xogħol għal ġurnalisti żgħażagħ u studenti tal-ġurnaliżmu għal aktar minn ħames snin. Dan espanda fl-2022 biex jippromwovi aħjar ġurnalisti u fotografi kandidati.

Il-Premjijiet Bauhas Ewropej Ġoddagħal Stllel Promettenti jirrikonoxxu ġenerazzjonijiet iktar żgħażugħa li qed jiżviluppaw kunċetti u ideat emerġenti għal spazji sbieħ, sostenibbli u inklużivi. Il-premjijiet huma għal kunċetti jew ideat mibgħuta minn Ewropej ta' 30 sena jew iżgħar.

F'żoni rurali, żgħażagħ ser jibbenefikaw ukoll minn pjattaforma ta' rivitalizzazzjoni rurali li ser tittella' bi sħubija mad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u Żvilupp Rurali. Il-pjattaforma ser tappoġġja b'mod predominanti reġjuni affettwati minn telf u tixjiħ ta' popolazzjoni u nuqqas ta' opportunitajiet ekonomiċi - dawn huma partikolarment ta' għajnuna għal żgħażagħ li jgħixu ġo tali żoni jew li jistgħu jiddeċiedu li jittrasferixxu hemm.

Ma nħallu ebda reġjun lura

Fuq l-art, bosta proġetti ffinanzjati mill-UE wrew il-valur ta' finanzjament reġjonali għal żgħażagħ Ewropej.

Il-proġett pilota e-Schools ipprovda tagħmir tal-ICT u għodda diġitali edukattivi għal 151 skola primarja u sekondarja fil-Kroazja. Fit-terminu itwal, il-proġett ser jipprepara aħjar l-istudenti għal edukazzjoni għolja u jħeġġeġ tagħlim tul il-ħajja.

F'Sardinja, il-proġett YACOPOinvolva b'mod attiv żgħażagħ fil-monitoraġġ tal-politika ta' koeżjoni 2014-2020 u fid-disinn u l-implimentazzjoni tal-perjodu kurrenti ta' programmazzjoni. Permezz ta' sessjonijiet ta' ħidma, il-proġett ipprovda l-Awtoritajiet ta' Ġestjoni b'għarfien aħjar tal-prijoritajiet taż-żgħażagħ u tas-soċjetà ċivili.

Sadattant, għall-pjan ta' rkupru tal-UE, Next Generation EU, hu importanti li npoġġu ż-żgħażagħ fil-qalba tas-soluzzjonijiet Ewropej għal sfidi ewlenin, bħal tibdil fil-klima u t-trasformazzjoni diġitali, u l-politika ta' koeżjoni hija perfetta biex tappoġġja żgħażagħ Ewropej u ser tkompli tagħmel dan sal-2027 u anki wara.

Is-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ forsi qed tasal fi tmiemha imma l-legat tagħha ser ikompli għad-deċennji li ġejjin.

Sir af aktar: 

Is-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ 2022