Ibgħat lil ħabib
RSS
google +
Verżjoni għall-istampar

Minn Paola Testori Coggi, id-Direttur Ġenerali għas-Saħħa u l-Konsumaturi, il-Kummissjoni Ewropea

Minn Paola Testori Coggi, id-Direttur Ġenerali għas-Saħħa u l-Konsumaturi, il-Kummissjoni Ewropea

Iċ-ċittadini Ewropej għandhom dritt għal mediċini li huma sikuri, ta’ kwalità għolja u effettivi. Il-mediċini falsifikati jista’ jkun fihom ingredjenti ta’ kwalità baxxa jew doża żbaljata – jew għolja wisq jew inkella baxxa wisq – u għalhekk ikunu ta’ theddida maġġuri għas-saħħa taċ-ċittadini tal-UE. Id-Direttiva dwar il-Prodotti Mediċinali Falsifikatipdf – li daħlet fis-seħħ fit-2 ta' Jannar 2013 – tagħmel il-mediċini aktar sikuri billi tipprovdi miżuri aktar sikuri biex tkun ivverifikata l-awtentiċità tagħhom u titjibilhom il-kwalità tal-ingredjenti. In-novitajiet ewlenin huma tlieta:

  • L-ewwel, il-mediċini bir-riċetta se jeħtieġ li jkollhom, fuq l-imballaġġ ta’ barra tagħhom, numru speċifiku tal-pakkett u tagħmir kontra t-tbagħbis li jippermetti l-ispiżjar li jivverifika li l-mediċina qabel ma jagħtiha hi awtentika u mhux miftuħa. Dan għandu jevita mediċini falsifikati milli jilħqu l-pazjenti.
  • It-tieni, l-ingredjenti attivi tal-mediċini għandhom ikunu manifatturati skont standards ta’ kwalità adatti (“prattika tajba ta’ manifattura għal sustanzi attivi”) irrispettivament minn jekk humiex manifatturati fl-UE jew importati. Jekk importati, il-pajjiż ta' oriġini għandu jiċċertifika li l-ingredjent attiv ġie manifatturat skont l-istandards ekwivalenti għal dawk tal-Unjoni. Dawn id-disposizzjonijiet jiżguraw li ingredjenti sikuri u ta’ kwalità għolja biss jintużaw f’mediċini fl-UE. 
  • It-tielet, spiżeriji onlajn leġittimi se jkunu identifikati mill-istess lowgo fl-UE kollha. Il-lowgo, meta kklikkjat, se jippermetti l-verifika tal-leġittimità tal-ispiżerija. Dan se jippermetti liċ-ċittadini tal-UE li jagħmlu għażla infurmata meta jixtru mediċini mill-internet. 

Id-direttiva dwar il-Prodotti Mediċinali Falsifikati timmarka pass tassew 'il quddiem fis-sikurezza u l-kwalità tal-mediċini li jiċċirkulaw fl-UE: mhux biss se tkun aktar diffiċli li mediċina falsifikata tilħaq il-pazjenti iżda ċ-ċittadini Ewropej se jkunu jistgħu jixtru mediċini onlajn minn sorsi verifikati. Barra minn hekk, id-Direttiva se tiżgura wkoll l-użu ta’ ingredjenti bi kwalità għolja fil-kompożizzjoni tal-mediċini fl-UE. Dan jista’ biss iħalli effett ta' benefiċċju fuq il-livell tal-protezzjoni tas-saħħa pubblika fl-UE.