Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

Flimkien għal edukazzjoni u opportunitajiet ta’ xogħol inklużivi (Verżjoni faċli li jinqara)

Il-persuni b’diżabbiltà għandu jkollhom aċċess għall-edukazzjoni. Dan ifisser li għandhom ikunu jistgħu jmorru l-iskola, jistudjaw u jieħdu sehem f’taħriġ biex jitgħallmu ħiliet ġodda.

Grupp ta’ studenti b’diżabbiltà u bla diżabbiltà

Dan se jgħinhom ukoll biex isibu impjieg tajjeb aktar tard f’ħajjithom u jkunu parti mill-komunità.

Grupp ta’ persuni b’diżabbiltà li jaħdmu flimkien

Madankollu, ħafna persuni b’diżabbiltà fl-Ewropa m’għandhomx l-opportunità li jistudjaw jew jaħdmu bħal nies oħrajn. Fost oħrajn, dan jista’ jkun minħabba li:

  • Binjiet bħall-iskejjel u l-uffiċċji mhumiex aġġustati għall-ħtiġijiet tal-persuni b’diżabbiltà.
    Mara f’wheelchair tħares imdejqa quddiem taraġ
  • Persuni oħrajn jistgħu ma jkunux iridu jaħdmu ma’ persuni b’diżabbiltà.
    Raġel f’wheelchair jiġi rifjutat fuq il-post tax-xogħol

Dan hu inġust.

Il-Kummissjoni Ewropea trid tiżgura li l-persuni b’diżabbiltà jkunu jistgħu jgawdu d-dritt tagħhom li jistudjaw u jaħdmu bħall-persuni l-oħrajn kollha.

Simbolu tal-Kummissjoni Ewropea

Il-Kummissjoni Ewropea għamlet pjan ta’ ħidma għas-snin li ġejjin. Il-pjan jissejjaħ “Strateġija dwar id-drittijiet tal-persuni b’diżabbiltà 2021-2030”. Fil-qosor, aħna nsejħulha “l-Istrateġija Ewropea tad-Diżabbiltà”.

Lista

Wieħed mill-għanijiet tal-Istrateġija Ewropea tad-Diżabbiltà hu li tippromwovi d-dritt tal-persuni b’diżabbiltà li jistudjaw u jaħdmu. Fis-snin li ġejjin, il-Kummissjoni Ewropea se taħdem biex:

  • Tiżgura li l-persuni b’diżabbiltà jkollhom l-istess ċans li jistudjaw u jitgħallmu ħiliet ġodda bħall-persuni l-oħrajn kollha.
    Klassi ta’ studenti b’diżabbiltà u bla diżabbiltà
  • Toffri taħriġ lill-għalliema dwar il-ħtiġijiet tal-istudenti b’diżabbiltà.
    Tlitt itfal bid-down syndrome
  • Tiżgura li t-tfal b’diżabbiltà jingħataw l-appoġġ it-tajjeb biex ikunu jistgħu jmorru l-iskola ma’ tfal oħrajn.
    Mara f’wheelchair tiġi rifjutata
  • Tiżgura li l-persuni b’diżabbiltà ma jiġux imċaħħdin mid-dritt li jaħdmu minħabba li għandhom diżabbiltà.
  • Tiżgura li l-uffiċċji jiġu aġġustati għall-ħtiġijiet tal-persuni b’diżabbiltà sabiex ikunu jistgħu jaħdmu hemm ukoll.
    Raġel f’wheelchair juża rampa biex jidħol f’bini
  • Tgħin liż-żgħażagħ b’diżabbiltà biex isibu impjieg.

Aħbarijiet relatati

Ebda aħbar relatata fl-aħħar sitt xhur.

Ixxerja din il-paġna