• L-informazzjoni kollha dwar l-organizzazzjonijiet u l-proġetti ta’ investiment disponibbli mill-Kummissjoni Ewropea permezz tal-Portal InvestEU (minn hawn ’il quddiem "Informazzjoni dwar il-Proġett") tinsab disponibbli bil-kundizzjoni li l-utenti jeżerċitaw il-ħiliet u l-attenzjoni tagħhom rigward l-użu tal-Portal.

  • L-Informazzjoni dwar il-Proġett, għalhekk, ma tneħħix ir-responsabbiltà minn fuq l-utent li jwettaq id-diliġenza dovuta proprja tiegħu/tagħha dwar kull proġett ta’ investiment.

  • Il-Kummissjoni ma tagħti ebda mandat u ma tagħmel ebda rappreżentazzjoni, sew espliċita kif ukoll impliċita, li l-Informazzjoni tal-Proġett hi mingħajr żbalji. L-Informazzjoni tal-Proġett hi pprovduta mingħajr ebda garanzija, kundizzjoni jew mandat rigward l-eżattezza tagħha.

  • Il-Kummissjoni hawnhekk teskludi espressament kull responsabbiltà għal kwalunkwe telf jew ħsara diretta jew indiretta mġarrba minn kwalunkwe utent b’konnessjoni ma’ dan is-sit web jew b’konnessjoni mal-użu, l-inabbiltà ta’ użu, jew ir-riżultat tal-użu tal-Informazzjoni tal-Proġett, il-Portal jew kwalunkwe sit illinkjat miegħu u kwalunkwe materjal ippowstjat fih, inkluża, mingħajr limitazzjoni kwalunkwe responsabbiltà għal: telf ta’ introjtu jew dħul, telf ta’ negozju, telf ta’ profitti jew kuntratti, telf ta’ savings, telf ta’ data, telf ta’ reputazzjoni jew ta’ intenzjoni tajba u għal kwalunkwe telf jew ħsara oħra ta’ kwalunkwe tip, isseħħ kif isseħħ.

  • Il-materjal f’dan is-sit web qed ikun disponibbli bil-kundizzjoni li l-Kummissjoni mhix b’hekk involuta li tagħti parir professjonali għal għan partikolari.

  • Kif stabbilit fl-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Marzu 2021 (minn hawn ’il quddiem ir- “Regolament”), ma hemm l-ebda rabta bejn il-pubblikazzjoni tal-Informazzjoni dwar il-Proġett, li hi għal skopijiet ta’ informazzjoni biss, u kwalunkwe appoġġ futur possibbli tal-proġetti deskritti skont ir-Regolament, taħt kwalunkwe strument ieħor tal-Unjoni, jew permezz ta’ finanzjament pubbliku.

  • Qabel ma joqgħod fuq il-materjal, l-utenti għandhom jevalwaw bir-reqqa l-akkuratezza, il-kompletezza u r-rilevanza tal-informazzjoni għal skopijiet speċifiċi u l-użu tagħhom, iwettqu d-diliġenza dovuta, u jiksbu parir professjonali xieraq għaċ-ċirkostanzi partikolari tagħhom.

  • Referenza għall-Kummissjoni fi kwalunkwe Informazzjoni tal-Proġett ma timplikax neċessarjament li kien hemm kwalunkwe kuntatt preċedenti mas-servizzi kompetenti tal-Kummissjoni dwar il-proġett inkwistjoni.

  • L-Informazzjoni dwar il-Proġett tista’ tinkludi opinjonijiet jew rakkomandazzjonijiet ta’ partijiet terzi li mhux neċessarjament jirriflettu l-opinjonijiet tal-Kummissjoni jew jindikaw l-impenn tagħhom lejn pjan ta’ azzjoni partikolari, jew inkoraġġiment tiegħu.

  • Ħoloq għal websajts oħra huma mdaħħla għall-konvenjenza u ma jikkostitwixxux approvazzjoni ta’ materjal fuq dawn il-websajts jew ta’ kwalunkwe organizzazzjoni ta’ kwalunkwe prodott jew servizz. Dawn is-sorsi esterni ta’ informazzjoni għandhom jiġu preżunti li huma barra mill-kontroll tal-Kummissjoni għal skopijiet ta’ diliġenza dovuta. Hija għalhekk ir-responsabbiltà tal-utenti li jaċċertaw ruħhom li l-informazzjoni fuq dawn il-websajts hija attwali, preċiża, affidabbli u korretta.

  • Bl-aċċess għall-Informazzjoni tal-Proġett jew għal informazzjoni oħra permezz tal-Portal, kull utent jirrinunzja kwalunkwe dritt ta’ rikors kontra l-Kummissjoni u jeħles il-Kummissjoni minn kwalunkwe u kull talba relatata mal-użu u/jew dipendenza fuq il-materjal disponibbli permezz tas-sit web.