1. Introduzzjoni

Din l-istqarrija ta’ privatezza tispjega r-raġuni għall-ipproċessar, il-mod kif niġbru, nittrattaw u niżguraw il-protezzjoni tad-data personali kollha pprovduta, kif tintuża dik l-informazzjoni, u liema drittijiet tista’ teżerċita b’rabta mad-data tiegħek (id-dritt għall-aċċess, għar-rettifika, għall-imblukkar, eċċ.).

L-istituzzjonijiet Ewropej huma marbutin li jipproteġu u jirrispettaw il-privatezza tiegħek. Peress li dan is-servizz jew din l-applikazzjoni tiġbor u tkompli tipproċessa d-data personali, japplika r-Regolament (UE) 2018/1725, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data.

Din l-istqarrija ta’ privatezza tikkonċerna l-ipproċessar tad-data meħtieġ għall-funzjonament xieraq tal-Portal InvestEU (il-Portal). Il-Portal inħoloq mill-Kummissjoni Ewropea abbażi tar-Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-Programm InvestEU. Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/626 tal-14 ta’ April 2021 tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-PEPI bħala bażi tad-data trasparenti ta’ proġetti ta’ investiment attwali u potenzjali fl-Unjoni Ewropea.

2. Għaliex nipproċessaw id-data tiegħek?

Skop tal-operazzjoni tal-ipproċessar:

Staff operazzjonali inkarigat mill-organizzazzjoni prattika tal-funzjonament tal-Portal, taħt is-superviżjoni tal-Kap tal-Unità ECFIN.L.2 (imsemmi minn hawn ’il quddiem bħala Kontrollur tad-Data) jiġbor u juża l-informazzjoni personali tiegħek b’għan uniku biex jappoġġja u jikkontribwixxi għall-immaniġġjar tal-Portal skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2021/523 u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/626.

Legalità tal-operazzjoni tal-ipproċessar:

L-ipproċessar tad-data hu kkunsidrat bħala legali peress li hu meħtieġ għat-twettiq ta’ kompiti li jsiru fl-interess pubbliku abbażi tat-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej. B’mod aktar speċifiku, biex jippermetti funzjonament xieraq tal-Portal bħala portal tal-web disponibbli b’mod pubbliku ta’ proġetti ta’ investiment, li jaġixxi bħala pjattaforma biex jiġu promossi proġetti għal investituri potenzjali mad-dinja kollha, f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/523 u mad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/626.

3. Liema data niġbru u nipproċessaw?

Id-data personali miġbura u pproċessata aktar hi:

  • ismijiet ta’ persuni fiżiċi,
  • indirizzi tal-email ta’ investituri potenzjali u promoturi ta’ proġetti,
  • informazzjoni addizzjonali tista’ tiġi pprovduta b’mod volontarju fil-minibijografija ta’ persuni fiżiċi

4. Għal kemm żmien inżommu d-data tiegħek?

Inżommu biss id-data għaż-żmien meħtieġ biex jintlaħaq l-iskop tal-ġbir jew tal-ipproċessar ulterjuri. Id-data personali relatata ma’ promotur jew ma’ investituri ta’ proġett tinżamm fis-servizz responsabbli għal sentejn wara talba espliċita għat-tneħħija jew it-tneħħija awtomatika tal-proġett mill-Portal.

5. Kif nipproteġu d-data tiegħek?

Id-data kollha f’format elettroniku (emails, dokumenti, lottijiet ta’ data applowdjati, eċċ.) jinħażnu jew fuq is-servers tal-Kummissjoni Ewropea jew fuq dawk tal-kuntratturi tagħha: l-operazzjonijiet tagħhom huma konformi mad-deċiżjoni tas-sigurtà tal-Kummissjoni Ewropea tas-16 ta’ Awwissu 2006 [C (2006) 3602] dwar is-sigurtà tas-sistemi ta’ informazzjoni użati mill-Kummissjoni Ewropea.

Il-kuntratturi tal-Kummissjoni huma marbutin bi klawżola kuntrattwali speċifika għal kwalunkwe operazzjoni ta’ pproċessar tad-data tiegħek f’isem il-Kummissjoni. Il-proċessuri jridu jdaħħlu fis-seħħ miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa biex jiżguraw il-livell ta’ sigurtà, meħtieġ mill-Kummissjoni.

6. Min għandu aċċess għad-data personali tiegħek u lil min tiġi żvelata?

L-aċċess għad-data tiegħek jingħata lil persunal awtorizzat speċifikat hawn taħt skont il-prinċipju tal-“ħtieġa ta’ tagħrif”. Dan il-persunal jirrispetta ftehimiet statutorji, u fejn meħtieġ, ftehimiet addizzjonali ta’ kunfidenzjalità.

  1. Staff ta’ unitajiet operattivi tal-Kummissjoni Ewropea li jimmaniġġjaw l-implimentazzjoni tal-Portal u servizzi inkarigati b’ħidma ta’ monitoraġġ jew kontroll fl-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni (eż. il-kontroll intern, l-awditjar intern).
  2. Staff tal-istituzzjonijiet tal-UE, rappreżentanti tal-Istati Membri u sħab ta’ Implimentazzjoni ta’ InvestEU li jittrattaw l-implimentazzjoni tal-Portal skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2021/523.
  3. Kemm l-istaff tal-OLAF, l-IDOC u s-Servizz Legali tal-Kummissjoni kif ukoll l-istaff tad-DĠ oħrajn (SĠ, DĠ BUDG u l-clearinghouse) fuq talba neċessarja fil-kuntest ta’ investigazzjonijiet uffiċjali jew għal skopijiet ta’ awditjar.

7. X’inhuma d-drittijiet tiegħek u kif tista’ teżerċitahom?

Skont ir-Regolament (UE) 2018/1725, int intitolat taċċessa d-data personali tiegħek u tirrettifikaha, timblukkaha jew tħassarha f’każ li d-data ma tkunx eżatta jew ma tkunx kompluta. Tista’ teżerċita d-drittijiet tiegħek billi tikkuntattja lill-kontrollur tad-data, jew f’każ ta’ kunflitt lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data u, jekk ikun meħtieġ, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, billi tuża l-informazzjoni ta’ kuntatt mogħtija fil-punt 8 hawn taħt.

8. Informazzjoni ta’ kuntatt

Jekk għandek xi kumment jew mistoqsija, tħassib jew ilment rigward il-ġbir u l-użu tad-data personali tiegħek, ħossok liberu li tikkuntattja lill-Kontrollur tad-Data permezz tad-dettalji ta’ kuntatt li ġejjin:

Kontrollur tad-Data:

L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data (UPD) tal-Kummissjoni: DATA-PROTECTION-OFFICER@ec.europa.eu

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD): edps@edps.europa.eu.

9. Fejn tista’ ssib aktar informazzjoni dettaljata

L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Kummissjoni jippubblika r-reġistru tal-operazzjonijiet kollha ta’ pproċessar ta’ data personali. Tista’ taċċessa r-reġistru bil-link li ġej: http://ec.europa.eu/dpo-register

Dan l-ipproċessar speċifiku ġie nnotifikat lill-UPD bir-referenza li ġejja: Rekord DPR-EC-00572.2.