SOLVIT u s-Servizz ta’ Informazzjoni għaċ-Ċittadini
(CSS)
1. Għanijiet
SOLVIT hu servizz madwar l-Ewropa
li jgħin liċ-ċittadini u n-negozji jeżerċitaw id-drittijiet
tas-Suq Intern tagħhom billi jsolvu l-problemi li jiltaqgħu
magħhom mal-awtoritajiet pubbliċi. SOLVIT jaħdem b’arkivju
għal rikjesti għall-għajnuna sabiex isolvi l-problemi sottomessi
minn ċittadini u negozji lill-Kummissjoni Ewropea u ċ-ċentri
nazzjonali tas-SOLVIT fl-Istati Membri taż-ŻEE kollha; iċ-ċentri
nazzjonali tas-SOLVIT huma parti mill-amministrazzjonijiet
nazzjonali.
CSS huwa servizz madwar l-Ewropa
kollha operat mis-Servizz ta' Azzjoni ta' Ċittadini Ewropej
(ECAS) ibbażat fuq kuntratt mal-Kummissjoni Ewropea. ECAS
jimpjega esperti legali li joffru tagħrif u pariri speċifiċi
għal kull ċittadin dwar drittijiethom skont ir-regoli tas-suq
intern. Fejn xieraq, iċ-ċittadini huma ggwidati jew indikati
lejn l-awtorità jew entità oħra (fil-livell lokali, nazzjonali
jew Ewropew) li għandu jkun disponibbli biex isib soluzzjoni
għall-problemi partikolari. CSS juża arkivju għal mistoqsijiet
taċ-ċittadini.
CSS u SOLVIT jaħdmu flimkien
u jipprovdu servizz waħdieni li jindirizza l-ħtiġijiet tal-applikanti
mingħajr ma jitolbuhom joqogħdu jibgħatu r-rikjesti darbtejn.
Għaldaqstant, każ partikolari jista’ jiġi trasferit minn CSS
għal SOLVIT jew viċi-versa, inkluż it-trasferiment tal-informazzjoni
personali minn arkivju għall-ieħor.
2. Liema hi l-liġi applikabbli?
L-azzjonijiet kollha tal-ipproċessar
fir-responsabbiltà tal-Kummissjoni Ewropea huma rregolati
mir-Regolament 2001/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi
fir-rigward tal-ipproċessar ta' tagħrif personali mill-istituzzjonijiet
u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dak id-tagħrif.
L-azzjonijiet kollha tal-ipproċessar
fir-responsabbiltà taċ-ċentri nazzjonali tas-SOLVIT u tal-kuntrattur
tal-Kummissjoni Ewropea, is-Servizz ta' Azzjoni ta' Ċittadini
Ewropej (ECAS) huma rregolati bid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament
Ewropew u l-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-ħarsien
tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tat-tagħrif personali
u dwar il-moviment liberu ta’ dan it-tagħrif u l-atti ta’
implimentazzjoni nazzjonali relevanti.
3. Liema tagħrif jiġi pproċessat?
Meta tidħol mistoqsija jew każ
għand CSS jew SOLVIT jiġi pproċessat it-tagħrif personali
li ġej: l-isem sħiħ, il-kategorija ta’ età, l-indirizz sħiħ,
l-email, in-numru tat-telefown, il-kategorija ekonomika, in-nazzjonalità,
u kwalunkwe tagħrif ieħor li jkun fiha r-rikjesta tal-applikant.
Fejn ikunu disponibbli, id-dokumenti li jappoġġjaw il-każ
jiżdiedu wkoll mal-fajl fid-database ta' SOLVIT.
Dan it-tagħrif personali jiġi
pproċessat mill-Kummissjoni Ewropea, miċ-ċentri SOLVIT nazzjonali,
fejn ikun hemm bżonn mill-awtoritajiet pubbliċi involuti fil-każ,
mill-kuntrattur tal-Kummissjoni Ewropea, is-Servizz ta' Azzjoni
ta' Ċittadini Ewropej (ECAS) u mill-esperti legali li jkunu
qed jeżaminaw il-każ f’isem ECAS.
4. X'inhu l-għan tal-ipproċessar tad-data?
Dan it-tagħrif huwa meħtieġ biex
jippermetti lill-esperti legali li jaħdmu għal ECAS u għaċ-ċentri
SOLVIT involuti jippruvaw jirrispondu għar-rikjesta u jsolvu
l-problema b'mod effiċjenti. L-informazzjoni tintuża biss
għar-risposta, biex tissolva l-problema, għall-kontroll tal-kwalità
tas-servizz provdut, għal raġunijiet statistiċi u f’ċertu
każi, skont il-każ, bħala evidenza ta' sostenn biex jiġu indirizzati
problemi strutturali fil-funzjonament tas-suq intern jew jinkitbu
rapporti.
It-tagħrif ma jingħatax lil partijiet
oħra għal kummerċ jew raġunijiet oħra.
5. Min għandu aċċess għall-informazzjoni personali tiegħek?
Dawn il-persuni jista’ jkollhom
aċċess għall-informazzjoni personali tiegħek jekk ikun hemm
bżonn biex jittrattaw il-każ tiegħek, għall-kontroll ta' kwalità
jew għall-manteniment tekniku tal-applikazzjonijiet tal-arkivju:
- Ħaddiema tal-Kummissjoni Ewropea inkarigati minn SOLVIT
u CSS,
- ħaddiema taċ-ċentri SOLVIT nazzjonali,
- ħaddiema tal-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali relevanti
involuti fil-każ,
- It-tim tal-appoġġ tekniku tal-Kummissjoni Ewropea,
- ħaddiema tal-ECAS maħtura speċifikament,
- ħaddiema tal-kuntrattur tekniku,
- l-esperti legali responsabbli milli jwieġbu f'isem ECAS.
6. Għal kemm żmien ser tinżamm l-informazzjoni dwarek?
It-tagħrif personali maħżun kollu
jitħassar mhux aktar tard minn 3 snin wara li jingħalaq il-każ
jew wara r-risposta. Dan isir biex ikun hemm il-possibbiltà
ta’ segwitu meta jkun hemm xi żviluppi ġodda wara l-għeluq
tal-każ. Wara dan il-perjodu ta’ żamma, l-informazzjoni dwar
il-każ tinżamm b'mod anonimu għal raġunijiet statistiċi. Madankollu,
id-dokumenti ta’ appoġġ li jkunu parti mill-fajl tal-każ u
li jista’ wkoll ikollhom informazzjoni personali jinżammu
għal kemm ikun hemm bżonn biex jiġu indirizzati problemi aktar
strutturali fil-funzjonament tas-suq intern, sakemm ma toġġezzjonax
għall-użu tad-dettalji għal dan il-għan. F’dak il-każ, id-dokumenti
ta’ appoġġ jitħassru wkoll mill-arkivju.
7. Tista’ tirrifjuta l-ipproċessar tat-tagħrif personali
tiegħek?
L-għan ta’ SOLVIT hu li ssolvi
problemi speċifiċi għal ċittadini u negozji individwali. Għalhekk,
f’bosta każi, ikun diffiċli li jkun hemm riżultat pożittiv
mingħajr id-dettalji speċifiċi tal-każ, inkluż tagħrif personali
bħal ma huma d-dettalji tal-kuntatt. Madankollu, is-sistema
tippermetti li jiġu ppreżentati każijiet fejn id-dettalji
personali kollha tal-klijent jinżammu mill-hekk imsejjaħ Ċentru
SOLVIT Ewlieni mqabbad li jsib soluzzjoni għall-problema.
F’każi bħal dawn iċ-Ċentru SOLVIT Lokali u l-ħaddiema tal-Kummissjoni
Ewropea inkarigati minn SOLVIT biss ikollhom aċċess għall-informazzjoni
li turi l-identità tal-klijent.
CSS tipprovdi parir speċifiku
lill-individwi. Dan isir minn esperti li jeħtieġu aċċess għad-domanda,
inkluża l-informazzjoni personali taċ-ċittadin li jkunu neċessarji
biex tiġi analiżżata s-sitwazzjoni u titwieġeb id-domanda.
Dan ma jistgħux jagħmluh jekk ma jkollhomx deskrizzjoni dettaljata
taċ-ċirkostanzi speċifiċi taċ-ċittadin u l-email jew in-numru
tat-telefown.
8. Liema miżuri ta' sigurtà jinsabu fis-seħħ kontra aċċess
mhux awtorizzat?
Aċċess għall-informazzjoni personali
fl-arkivji ta’ SOLVIT u CSS hija permessa għal grupp ristrett
kif deskritt hawn fuq taħt il-punt 5 "Min għandu aċċess
għat-tagħrif personali tiegħek?". Aċċess għall-informazzjoni
personali jirrekjedi ID u password u, għall-arkivju ta’ SOLVIT,
parzjalment ukoll kodiċi diġitali li tixbaħ lil dik li tintuża
fis-sistemi tal-banek mill-kompjuters personali. Is-sistema
SOLVIT hija wkoll protetta parzjalment minn https, protokoll
speċjali u sigur tal-internet.
9. Aċċess għat-tagħrif personali tiegħek
M’għandekx aċċess dirett għad-dejta
tiegħek maħżuna fl-arkivji ta’ SOLVIT u CSS. Jekk tixtieq
tkun taf liema partijiet mit-tagħrif personali tiegħek qed
jiġu proċessati jew tixtieq timmodifika jew tħassar dan it-tagħrif,
jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tim ta’ SOLVIT jew CSS fl-indirizz
li hemm f’punt 11.
Jekk il-każ tiegħek inħadem minn
ċentru SOLVIT nazzjonali, tista’ titlob liċ-Ċentru Prinċipali
ta’ SOLVIT li jkun qed jaħdem fuq il-każ għal ġabra sħiħa
ta’ l-informazzjoni kollha inkluża u jista’ jitlob titranġa
jew titħassar xi informazzjoni żbaljata li jista’ jkun hemm.
10. Iktar Informazzjoni
Barra minn din l-Istqarrijja
ta' Privatezza japplika l-"avviż legali importanti"
(http://europa.eu/geninfo/legal_notices_mt.htm).
11. Kuntatt
Jeżistu kaxxi postali speċifiċi
għad-domandi kollha dwar SOLVIT u CSS li jkunu indirizzati
lill-Kummissjoni Ewropea. L-uffiċjali fis-servizz tal-Kummissjoni
inkarigati li jieħdu ħsieb din il-kaxxa postali jipproċessaw
it-tagħrif personali tiegħek biss sa fejn ikun neċessarju
biex jirrispondu għad-domanda tiegħek. Jekk is-servizz ma
jkunx jista’ jwieġeb, jibgħat il-messaġġ tiegħek lil servizz
ieħor fil-Kummissjoni. Tirċievi messaġġ li jinfurmak b’dan.
Ma nibagħtux il-messaġġ tiegħek
li xi ħadd barra l-Kummissjoni, imma jekk l-aħjar mod biex
nirrispondu d-domanda tiegħek ikun li nikkuntattjaw xi parti
terza, navżawk biex tagħmel hekk direttament. Il-messaġġi
u l-informazzjoni relatata magħhom jkunu maħżuna għal kemm
ikun meħtieġ biex nirrisponduhom u, skont il-każ, għal xi
segwitu li jista jkun meħtieġ wara l-ewwel risposta.
Jekk tixtieq tirċievi aħbarijiet
dwar SOLVIT regolarment, tista’ tinkiteb fil-lista postali
elettronika. Il-messaġġi tal-aħbarijiet kollha jinkludu l-istruzzjonijiet
dwar kif tneħħi ismek mil-lista. L-aċċess għal-lista postali
huwa limitat għall-ħaddiema tal-Kummissjoni Ewropea responsabbli
minn SOLVIT. L-indirizzi tal-email fil-lista ma jintwerewx
lil servizzi oħra fil-Kummissjoni jew lil partijiet terzi
bi skopijiet ta' promozzjoni diretta.
SOLVIT u CSS jitmexxew mid-Direttorat
Ġenerali tal-Kummissjoni għas-Suq Intern u s-Servizzi tal-Kummissjoni
Ewropea, Task Force għas-Servizzi ta' Assistenza għas-Suq
Uniku. Il-persuna responsabbli (kontrollur) ikun il-Kap rispettiv
tat-Task Force.
L-indirizz ta' SOLVIT u CSS
huwa:
Kummissjoni Ewropea
Direttorat Ġenerali għas-Suq Intern u s-Servizzi
Task Force għas-Servizzi ta' Assistenza għas-Suq Uniku
B-1049 Brussell
Il-Belġju
markt-b-tf1@ec.europa.eu
|