Ibgħat lil ħabib
RSS
google +
Verżjoni għall-istampar

minn Marina Maggini (Istitut Nazzjonali tas-Saħħa, Ruma, l-Italja) u Jelka Zaletel (Istitut Nazzjonali tas-Saħħa Pubblika, Ljubljana, is-Slovenja)

minn Marina Maggini (Istitut Nazzjonali tas-Saħħa, Ruma, l-Italja) u Jelka Zaletel (Istitut Nazzjonali tas-Saħħa Pubblika, Ljubljana, is-Slovenja)

Id-dijabete hija marda komuni u serja: fl-2015 kien hemm 415-il miljun adult (ta’ età bejn 20–79 sena) bid-dijabete mad-dinja kollha, skont l-aħħar stimi tal-Federazzjoni Internazzjonali tad-Dijabete. Dan jirrappreżenta madwar 9% tal-popolazzjoni ta’ dan il-grupp ta’ età. Jekk ma tiġix ikkontrollata, madwar 642 miljun persuna huma mistennija jkollhom id-dijabete sal-2040. Fl-Unjoni Ewropea, il-frekwenza ta’ dijabete tvarja bejn 4.0 u 4.5% fil-Litwanja, l-Estonja u l-Irlanda sa ftit inqas minn 10% f’Ċipru, Malta u l-Portugall.

Id-dijabete iżżid ir-riskju serju għal bosta problemi tas-saħħa, bħal mard kardjovaskulari, għama, newropatija, kumplikazzjonijiet tas-sieq, nefropatija. Madankollu, interventi fl-istil tal-ħajja mogħtililll-persuni f’riskju għoli jista’ jwaqqaf ħafna każijiet ta’ dijabete tat-tip 2, l-aktar tip komuni, jew għall-inqas jittardwaw b'mod sinifikanti l-bidu tagħha. Barra minn hekk, ħafna persuni bid-dijabete jistgħu jipprevjenu jew jittardjaw il-bidu ta’ komplikazzjonijiet bi trattament, tibdiliet fl-istil tal-ħajja u billi jieħdu ħsieb tagħhom infushom b'mod effiċjenti.

It-tnedija, fl-2014, tal-Azzjoni Konġunta Ewropea dwar il-Mard Kroniku u l-Promozzjoni tat-tixjiħ f’Saħħtu tul iċ-Ċiklu tal-Ħajja (JA-CHRODIS) hija risposta għall-inkoraġġament tal-Kummissjoni Ewropea biex jingħaqdu l-isforzi lejn il-prevenzjoni u l-kura ta’ mard kroniku ewlieni. Id-dijabete ntgħażlet bħala studju ta’ każ sabiex tissaħħħaħ il-kura tas-saħħa għal persuni b’mard kroniku. L-għan ewlieni huwa li jintuża l-għarfien disponibbli biex jittejbu l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi biex jaġixxu dwar id-dijabete permezz tal-iskambju ta’ prattiki tajbin.

Sar tfassil ta’ pjanijiet nazzjonali dwar id-dijabete fl-Ewropa bħala parti minn JA-CHRODIS, u fforma l-bażi għal policy brief immirat lejn l-identifikazzjoni ta’ fatturi li jistgħu jiffaċilitaw l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u s-sostenibbiltà ta’ pjanijiet nazzjonali dwar id-dijabete. Il-pajjiżi Ewropej għamlu progress, għalkemm b’metodi differenti, fir-reazzjoni politika sistematika tagħhom għall-piż tad-dijabete. Dak li tgħallimna minn dawn l-esperjenzi jista' jappoġġja l-isforzi tal-pajjiżi biex jirnexxilhom jibnu strateġija komprensiva għall-prevenzjoni u l-kura tad-dijabete u, b’mod aktar ġenerali, il-mard kroniku.