Politika

Il-mard kroniku jkollu effett fit-tul fuq il-pazjent u ġeneralment jipprogressa bil-mod. Xi mard kroniku — mard kardjovaskulari, kanċer, mard respiratorju kroniku, dijabete, mard mentali — jista' jwassal għall-mewt.

L-indirizzar tal-erba’ fatturi prinċipali ta’ mġiba riskjuża — tipjip, abbuż mill-alkoħol, dieta ħażina, ħajja sedentarja — jista’ jgħin fil-prevenzjoni ta’ ħafna mill-mard kroniku. Imma biex ikunu effettivi, l-isforzi jridu jkunu bbażati fuq il-promozzjoni ffukata fuq is-saħħa, il-prevenzjoni u s-sejbien bikri.

Biex tiġi indirizzata l-isfida kontra l-mard kroniku, huwa essenzjali li jkun hemm metodu integrat u orizzontali. Dan jinvolvi l-livelli rilevanti kollha, minn komunitajiet sa dawk li jfasslu l-politika.

Kundizzjonijiet soċjali u ambjentali wkoll għandhom sehem importanti fl-iżvilupp tal-mard kroniku, u jidher ċar li hemm inugwaljanza fil-kondizzjonijiet u l-aċċess għall-prevenzjoni u l-kontroll.

Inizjattivi tal-UE

l-UE tippromwovi metodu komprensiv għall-indirizzar tal-piż tal-mard kroniku fl-Ewropa:

Fir-rigward tal-kanċer Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) , l-UE tħeġġeġ il-kooperazzjoni billi tipprovdi partenarjat Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) għal għadd kbir ta' partijiet interessati fl-UE kollha.

L-azzjoni tal-UE dwar l-HIV/AIDS — li, minħabba l-introduzzjoni ta’ terapija retrovirali attiva ħafna, tista’ titqies bħala kondizzjoni kronika — tgħin ukoll biex jiġi indirizzat il-piż tal-mard kroniku.

Koordinazzjoni — l-UE u l-gvernijiet nazzjonali

Il-proċess ta’ riflessjoni dwar il-mard rari Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel български (bg) čeština (cs) dansk (da) Deutsch (de) eesti keel (et) ελληνικά (el) English (en) español (es) français (fr) italiano (it) latviešu valoda (lv) lietuvių kalba (lt) magyar (hu) Nederlands (nl) polski (pl) português (pt) română (ro) slovenčina (sk) slovenščina (sl) suomi (fi) svenska (sv) jgħaqqad lill-Istati Membri mal-Kummissjoni biex jikkoordinaw l-isforzi tagħhom fir-rispons għall-isfidi tal-mard kroniku.

Dikjarazzjoni tan-NU

Fl-2011 l-Assemblea Ġenerali tan-NU – bl-appoġġ tal-UE – adottat dikjarazzjoni politika dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta' mard li ma jitteħidtx (NCDs). Id-dikjarazzjoni rrikonoxxiet li l-mard kroniku jikkostitwixxi sfida kbira għall-iżvilupp fis-seklu 21 u talbet lid-WHO tmexxi u tieħu azzjoni globali.