Ibgħat lil ħabib
RSS
google +
Verżjoni għall-istampar

minn John F. Ryan, id-Direttur tal-Kummissjoni Ewropea għas-Saħħa Pubblika u l-Immaniġġjar tal-Kriżijiet

minn John F. Ryan, id-Direttur tal-Kummissjoni Ewropea għas-Saħħa Pubblika u l-Immaniġġjar tal-Kriżijiet

It-theddid tas-saħħa bejn il-fruntieri jirrappreżenta bidla sostanzjali għall-pajjiżi kemm żviluppati u sottożviluppati. Minħabba t-tifrix tal-vektors u l-iżvilupp ta' konnessjonijiet ta' trasport rapidu minn naħa għall-oħra tal-kontinenti u bejniethom, il-partijiet kollha tad-dinja jistgħu jiġu affettwati malajr minn inċidenzi ta' mard. Il-potenzjal għal impatti severi fuq is-saħħa tal-bniedem hu ta' spiss akkumpanjat bi sfrattar soċjali u ekonomiku b'mod sostanzjali ħafna. Bħala riżultat, kultura ta' preparazzjoni solida hi difiża tajba, alleata ma' kapaċitajiet ewlenin qawwija f'forma ta' mekkaniżmi ta' sistemi ta' sorveljanza, rappurtar, twissijiet u rispons li jkopru s-saħħa tal-bniedem u tal-annimali. Il-koordinazzjoni tar-risponsijiet fl-UE għal theddid ta' din ix-xorta tiżgura li l-miżuri meħudin fil-livell nazzjonali jistgħu jkunu kompatibbli ma' xulxin u għalhekk rinforzati b'mod reċiproku.

Għalkemm ir-riskju tat-trażmissjoni diretta tal-virus Zika minn nemusa Aedes għal bniedem hu minimu fl-Ewropa, l-UE ilha f'kuntatt mill-qrib mal-ECDC, l-awtoritajiet tal-Istati Membri, is-setturi tat-turiżmu u tat-trasport, iċ-Ċentru għall-Kontroll u l-Prevenzjoni tal-Mard tal-Istati Uniti u ma' awtoritajiet tas-saħħa internazzjonali u Ewropej rilevanti oħrajn mal-ewwel dehra fir-radar tal-inċidenza korrenti taz-Zika sabiex tgħin lill-istati membri biex jippreparaw mill-aħjar li jistgħu lilhom infushom għal din l-inċidenza. Abbażi tal-valutazzjonijiet tar-riskji ppreparati mill-ECDC, il-Kumitat tas-Sigurtà tas-Saħħa tal-UE eżamina r-rispons ta' koordinazzjoni għall-inċidenza hi u tiżviluppa, u dan ir-rispons qed ikun immodifikat bit-tifrix tal-inċidenza fl-Ażja.

L-abbiltà tagħna li nirreaġixxu ssaħħet tliet snin ilu billi għaddiet id-Deċiżjoni 1082/2013/UE dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa u l-Korp Mediku Ewropew li tnieda reċentement biex jimmobbilizza esperti mediċi u tas-saħħa pubblika fl-UE u barra minnha bħala parti mill-forza tax-xogħol ta' Emerġenza tas-Saħħa Dinjija.  

Il-Kummissjoni taħdem biex taċċellera l-implimentazzjoni tar-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa u tikkontribwixxi għall-ħidma tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa u gruppi oħrajn biex issaħħaħ l-istat ta' preparazzjoni tas-saħħa globali u r-rispons għat-theddid bijoloġiku u kimiku, it-terroriżmu radjunukleari u l-influwenza pandemika. Addizzjonalment, iċ-Ċentru ta’ Għarfien għall-Immaniġġjar tar-Riskji jimmira biex isaħħaħ l-UE u r-reżiljenza tal-Istati Membri għad-diżastri u l-kapaċità tagħhom li jipprevjenu, jippreparaw u jirrispondu għal emerġenzi.

Id-deċiżjoni dwar it-theddid tas-saħħa bejn il-fruntieri tirrinforza wkoll il-miżuri ta' koordinazzjoni ta' stat ta' preparazzjoni fl-UE kollha u tippermetti rappurtar regolari, u tidentifika fejn jista' jsir titjib. Hi tintroduċi l-possibbiltà għall-istati membri sabiex jipprokuraw b'mod konġunt kontromiżuri mediċi, mekkaniżmu li attwalment qed jitwettaq b'suċċess.

Bl-introduzzjoni ta' strateġiji effettivi li jimpedixxu l-mard, bħall-garanzija ta' livelli għolja ta’ tilqim jew il-prevenzjoni tar-reżistenza antimikrobika, u t-tisħiħ tal-prevenzjoni tal-HIV, tal-epatite u tat-TB huma eżempji oħrajn fejn l-Istati Membri jistgħu jaħdmu flimkien fuq sfidi komuni.

Bħala konklużjoni, l-importanza tal-prevenzjoni u tal-istat ta' preparazzjoni għal mard li jittieħed u għal theddid ieħor tas-saħħa ma jistgħux jiġu sottovalutati u hi aspett fundamentali tal-protezzjoni taċ-ċittadini u tas-soċjetà.

Health Crisis Management

Aktar dwar din it-tema