Sfidi
Il-provvediment ta' regoli ċari u informazzjoni affidabbli lill-pazjenti dwar l-aċċess u r-rimborż għall-kura tas-saħħa miksuba f'pajjiż ieħor tal-UE. Il-"punti ta' kuntatt nazzjonali" l-ġodda se jagħmlu dan.
Is-sodisfazzjoni tal-aspettattivi tal-pazjenti għal kura tas-saħħa tal-ogħla kwalità, li jogħlew meta jfittxu kura barra minn pajjiżhom. L-informazzjoni mogħtija mill-punti ta' kuntatt nazzjonali dwar il-kwalità tal-kura tas-saħħa u s-sikurezza tal-pazjenti tgħinhom jagħmlu għażliet infurmati qabel ma jsiefru għall-kura tas-saħħa.
L-iżgurar li l-pajjiżi tal-UE jaħdmu flimkien mill-qrib fl-interess tal-pazjenti.
L-eliminazzjoni ta' snin ta' inċertezzi legali. Ir-regoli l-ġodda jsibu wkoll bilanċ bejn iż-żamma tas-sostenibilità tas-sistemi tal-kura tas-saħħa filwaqt li jiġu mħarsa d-drittijiet tal-pazjenti li jfittxu kura tas-saħħa barra minn pajjiżhom.
Leġiżlazzjoni tal-UE
Id-Direttiva 2011/24/UE dwar id-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transkonfinali
tiċċara r-regoli dwar l-aċċess għall-kura tas-saħħa f'pajjiż ieħor tal-UE, inkluż ir-rimborż.
Il-pajjiżi tal-UE għandhom sal-25 ta' Ottubru 2013 biex jgħaddu liġijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva.