Politika

F'dawn l-aħħar snin, il-pajjiżi tal-UE iġġieldu l-mard li jittieħed b'suċċess permezz ta' kura u prevenzjoni. Ir-rati tal-mard li jittieħed jew naqsu jew baqgħu stabbli, u l-maġġoranza tal-imwiet fil-pajjiżi tal-UE issa huma kkawżati minn mard li ma jittiħidx bħall-kanċer u l-mard tal-qalb.

Madanakollu, il-mikrobi jadattaw ruħhom u nistgħu nistennew infezzjonijiet ġodda bħal ma ġara fis-snin tmenin bl-HIV/AIDS, fis-snin 90 bil-varjant tal-marda ta' Creutzfeldt-Jakob u s-SARS fl-2003 u l-influwenza pandemika. Ġew indirizzati sfidi oħra - bħar-reżistenza mikrobika għall-antibijotiċi.

Bi tweġiba għat-tehdid mill-mard li jittieħed, il-politika tal-UE iffukat fuq:

  • il-monitoraġġ
  • l-identifikazzjoni kmieni
  • ir-reazzjoni rapida

Netwerk tal-UE

Netwerk tal-UE għall-monitoraġġ u l-kontroll epidemjoloġiku tal-mard li jittieħed Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) ilu jeżisti mill-1999. Jiffoka fuq:

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC)

L-ECDC kien stabbilit fl-2005 biex jgħin lill-UE tidentifika u tivvaluta r-riskji ta' tehdid attwali u emerġenti għas-saħħa tal-bniedem li jiġi mill-mard li jittieħed.