Partenarjat Ewropew għall-Innovazzjoni dwar l-Anzjanità Attiva u f'Saħħitha (PEI dwar AAS)

Din l-iskema pilota għandha l-għan li tkabbar it-tul tal-ħajja medja f'saħħitha tal-Ewropej b'sentejn sal-2020, billi:

  • ittejjeb is-saħħa u l-kwalità tal-ħajja (b'enfasi fuq persuni aktar anzjani);
  • tiżgura li s-sistemi tal-kura tas-saħħa u soċjali huma sostenibbli u effiċjenti għal żmien twil;
  • issaħħaħ il-kompetittività tal-industrija tal-UE permezz tan-negozji u l-espansjoni fis-swieq il-ġodda.
Billi l-anzjanità attiva u f'saħħitha hi sfida komuni għall-pajjiżi Ewropej kollha, hi toffri opportunità lill-Ewropa biex tistabbilixxi lilha nfisha bħala mexxej dinji li kapaċi jagħti respons innovattiv għal din l-isfida.

Kif jaħdem il-partenarjat?

Permezz tal-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-pajjiżi, ir-reġjuni, l-industrija, il-professjonisti tal-kura tas-saħħa u soċjali tal-UE u l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-persuni u l-pazjenti anzjani.

Dan il-partenarjat kollaborattiv għandu l-għan li jtejjeb il-ħajja tal-anzjani, jgħinhom jikkontribwixxu lis-soċjetà, u jnaqqas il-pressjoni fuq is-sistemi tas-saħħa u l-kura – bl-għan aħħari jkun il-kontribuzzjoni għat-tkabbir sostenibbli.

Oqsma ta' prijoritajiet għal azzjoni ġew identifikati fil-Pjan ta' Implimentazzjoni Strateġika (PIS) u l-Pjan Operazzjonalipdf (PO) tal-2011 adottat mill-grupp direttiv responsabbli għat-tnedija u l-implimentazzjoni tal-partenarjat.

Fi Frar 2012, il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) dwar il-Partenarjat Ewropew għall-Innovazzjoni dwar l-Anzjanità Attiva u f'Saħħitha b'appoġġ għall-PIS. Il-partijiet interessati bdew jaħdmu flimkien fi Gruppi ta' Azzjoni biex dan il-pjan isir realtà.

Tista' tinvolvi ruħek fis-sħubija billi tingħaqad fis-Suq għall-Ideat Innovattivi

Suq għall-Ideat Innovattivi

Sfond politiku

Gruppi ta' ħidma u laqgħat