Dwar dan is-sit

Dan hu l-websajt tad-Direttorat għas-saħħa pubblika u l-valutazzjoni tar-riskju tal-Kummissjoni Ewropea.

Fih tinsab informazzjoni dwar il-politiki u d-deċiżjonijiet meħudin fil-livell Ewropew, nazzjonali u internazzjonali biex tiġi protetta s-saħħa tal-Ewropej sabiex ikun possibbli għalihom li jagħmlu għażliet aħjar għal saħħithom u biex jgħixu ħajja aktar f'saħħitha.

Għall-esperti tas-saħħa, is-sit jillinkja wkoll mal-bażijiet tad-dejta tal-istatistika dwar is-saħħa pubblika.

L-istrateġija tas-saħħa tal-UE tkopri l-oqsma rilevanti tal-politika tal-UE u hi appoġġata minn programm għas-saħħa pluriannwali.

Avviż legali

Il-Kummissjoni hi responsabbli biss għal informazzjoni dwar dan is-sit li ħolqot hi stess. Għal aktar informazzjoni dwar dan u dwar il-politika dwar il-protezzjoni tad-dejta, ara l-Avviż legali għal websajts tal-UE.

Aktar mistoqsijiet?

Politika dwar il-lingwa

Il-paġna ewlenija tagħtik aċċess dirett għall-paġni tematiċi disponibbli bi 22 lingwa uffiċjali tal-UE.

Meta tkun f'paġna tematika, agħżel il-lingwa tiegħek fil-parti ta' fuq tal-paġna. Waqt li int tkun għadek fis-sit din il-lingwa tibqa' l-istess, sakemm ma tibdilhiex.

Xi informazzjoni - dokumenti ewlenin, stqarrijiet għall-istampa, avvenimenti, pubblikazzjonijiet, eċċ. – hi disponibbli biss bl-Ingliż jew il-lingwa li biha nkiteb id-dokument.