Politika

Il-politika tal-UE tipprova tipproteġi lill-Ewropej minn firxa wiesgħa ta' theddidiet serji għas-saħħa li għandhom impatti bejn il-fruntieri nazzjonali u għalhekk jistgħu jkunu ttrattati b'mod aktar effettiv b'kooperazzjoni mal-Ewropa kollha milli minn gvernijiet individwali tal-UE li jaġixxu weħidhom.

Dawn it-theddidietpdf jistgħu jirriżultaw minn aġenti li jikkawżaw mard li jittieħed jew minn aġenti bijoloġiċi jew kimiċi oħrajn, jew ikunu ambjentali, pereżempju kkawżati minn tibdil fil-klima.

L-azzjoni tal-UE tinkludi l-promozzjoni tal-koordinazzjoni bejn il-gvernijiet membri, pereżempju permezz ta' linji gwida jew tal-iskambju tal-aħjar prattiki.

B'kollaborazzjoni mal-gvernijiet, l-UE stabbilixxiet għadd ta' mekkaniżmi għal rispons ikkoordinat mal-Ewropa kollha fl-oqsma li ġejjin:

Analiżi tat-theddidiet tas-saħħa

Il-politika tal-UE hi bbażata fuq l-analiżi dwar kif għandhom ikunu ttrattati dawn it-theddidiet, kif stabbilit f'dawn id-dokumenti:

Leġiżlazzjoni

L-UE adottat Deċiżjoni Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) maħsuba biex ittejjeb l-ippjanar tat-tħejjija għal theddidiet serji għas-saħħa bejn il-fruntieri fl-UE kollha u biex issaħħaħ il-kapaċità tal-koordinazzjoni tar-rispons għall-emerġenzi tas-saħħa.

Bażi legali

It-Trattat ta' Lisbonapdf  – fl-Artiklu 168 tiegħu – introduċa setgħat ġodda għall-UE biex tieħu azzjonijiet biex tiġġieled kontra theddidiet serji għas-saħħa bejn il-fruntieri, u tikkomplementa l-politiki nazzjonali.