Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

Flimkien għal parteċipazzjoni

Li tivvota fl-elezzjonijiet ifisser li tista’ tagħżel liema nies se jirrappreżentawk u jieħdu d-deċiżjonijiet u jgħaddu l-liġijiet fl-Ewropa.

Id titfa’ l-vot

Li toħroġ għall-elezzjonijiet ifisser li titlob lin-nies jivvutawkek sabiex tkun tista’ tirrappreżentahom u tieħu d-deċiżjonijiet u tgħaddi l-liġijiet fl-Ewropa.

Mara toħroġ għall-elezzjonijiet, titlob lin-nies jivvutawlha

Id-dritt tal-vot u tal-kandidatura għall-elezzjonijiet hu importanti ħafna għan-nies kollha.

Persuni b’diżabbiltà għandu jkollhom id-dritt li jivvutaw u li joħorġu għall-elezzjonijiet ukoll.
Il-vuċi tagħhom tgħodd bħal ta’ kulħadd!

Mara tidher imdejqa u frustrata

Sfortunatament, ħafna persuni b’diżabbiltà fl-Ewropa ma jistgħux jivvutaw jew joħorġu għall-elezzjonijiet bħal persuni oħrajn. Dan jista’ jkun minħabba li:

  • L-elezzjonijiet mhumiex aċċessibbli għalihom. Pereżempju, jekk l-informazzjoni ma tkunx faċli biex tinqara, il-persuni b’diżabbiltà intellettwali jistgħu ma jifhmux kif jivvutaw. Jew jekk il-bini fejn isiru l-elezzjonijiet ma jkollux rampi, il-persuni f’wheelchairs għandu mnejn ma jkunux jistgħu jivvutaw.
    Mara f’wheelchair tħares imdejqa quddiem taraġ
  • Ħafna persuni b’diżabbiltà ma jitħallewx jivvutaw jew jagħmlu l-għażliet tagħhom fil-ħajja.
    Tabella “STOP”

B’dan il-mod il-persuni b’diżabbiltà jitħallew barra.
L-ilħna tagħhom ma jinstemgħux.

Il-Kummissjoni Ewropea trid tibdel dan.
Hi għamlet pjan ta’ ħidma għas-snin li ġejjin biex tagħmel l-affarijiet aħjar għall-persuni b’diżabbiltà.
Il-pjan jissejjaħ “Strateġija dwar id-drittijiet tal-persuni b’diżabbiltà 2021-2030”. Fil-qosor, aħna nsejħulha “l-Istrateġija Ewropea tad-Diżabbiltà”.

Simbolu tal-Kummissjoni Ewropea

Wieħed mill-għanijiet tal-Istrateġija Ewropea tad-Diżabbiltà hu li jiġi żgurat li l-persuni b’diżabbiltà jkunu jistgħu jieħdu sehem f’elezzjonijiet bħal kulħadd.

Lista

Fost l-oħrajn, fis-snin li ġejjin, il-Kummissjoni Ewropea se:

  • Taħdem mal-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea biex tiżgura li l-persuni b’diżabbiltà jkunu jistgħu jivvutaw u joħorġu għall-elezzjonijiet.
    Idejn ta’ nies jaħdmu flimkien bħala tim
  • Tixxerja eżempji tajbin ta’ elezzjonijiet aċċessibbli biex tagħti ideat dwar kif dawn jistgħu jsiru.
  • Tagħmel l-informazzjoni dwar l-elezzjonijiet aċċessibbli sabiex il-persuni kollha b’diżabbiltà jkunu jistgħu jifhmu kif jistgħu jieħdu sehem.
    Simbolu “faċli li jinqara”
  • Tiżgura li l-elezzjonijiet jiġu aġġustati għall-ħtiġijiet tal-persuni b’diżabbiltà sabiex ikunu jistgħu jieħdu sehem bħal persuni oħrajn.
    Grupp ta’ persuni jivvotaw b’diżabbiltà u bla diżabbiltà

Aħbarijiet relatati

Ebda aħbar relatata fl-aħħar sitt xhur.

Ixxerja din il-paġna