Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

Flimkien għal għajxien indipendenti (Verżjoni faċli li jinqara)

Ilkoll għandna nkunu nistgħu niddeċiedu fejn, kif u ma’ min ngħixu.

Grupp ta’ nies b’diżabbiltà u bla diżabbiltà

Sfortunatament, għal ħafna persuni b’diżabbiltà fl-Ewropa dan mhux possibbli. Ma jistgħux igawdu minn għajxien indipendenti bħal persuni oħrajn minħabba li:

  • Ma jingħatawx l-appoġġ it-tajjeb biex ikunu jistgħu jgħixu b’mod indipendenti u jieħdu sehem fil-komunità.
    Mara tidher imdejqa u frustrata
  • Ħafna affarijiet mhumiex aċċessibbli u l-persuni b’diżabbiltà ma jistgħux jużawhom biex jiċċaqilqu madwarhom bħal kulħadd.
    Mara magħluqa f’binja
  • Ħafna persuni b’diżabbiltà jgħixu f’istituzzjonijiet u ma jistgħux jagħmlu l-għażliet tagħhom fil-ħajja.

Il-Kummissjoni Ewropea trid tibdel dan u tgħin lill-persuni b’diżabbiltà jgħixu b’mod indipendenti u jkunu parti mill-komunità.

Simbolu tal-Kummissjoni Ewropea

Il-Kummissjoni Ewropea għamlet pjan ta’ ħidma għas-snin li ġejjin. Il-pjan jissejjaħ “Strateġija dwar id-drittijiet tal-persuni b’diżabbiltà 2021-2030”. Fil-qosor, aħna nsejħulha “l-Istrateġija Ewropea tad-Diżabbiltà”.

Lista

Wieħed mill-għanijiet tal-Istrateġija Ewropea tad-Diżabbiltà hu li tagħmel possibbli l-għajxien indipendenti għall-persuni b’diżabbiltà fl-Ewropa.

Fis-snin li ġejjin, il-Kummissjoni Ewropea se taħdem biex:

  • Tagħti l-appoġġ it-tajjeb lill-persuni b’diżabbiltà sabiex ikunu jistgħu jgħixu b’mod indipendenti u jagħmlu l-għażliet tagħhom fil-ħajja. Pereżempju, li jkollok persuna ta’ appoġġ biex tgħinhom fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum, jew li jsibu tabib id-dar meta ma jkunux jistgħu jmorru l-isptar.
    Raġel agħmi b’kelb gwida jingħata l-għajnuna minn persuna ta’ appoġġ biex jagħmel ix-xirja tal-ikel tiegħu.
  • Tirrikonoxxi r-rwol importanti ta’ persuni ta’ appoġġ u tagħtihom benefiċċji u tgħinhom biex ikomplu jagħmlu xogħolhom.
    Raġel f’wheelchair juża rampa biex jidħol f’binja
  • Tgħin lill-persuni b’diżabbiltà biex jiksbu djar li huma aġġustati għall-ħtiġijiet tagħhom.
  • Tagħmilha possibbli għall-persuni b’diżabbiltà li jgħixu fil-komunità.
    Persuni b’diżabbiltà fil-komunità

Aħbarijiet relatati

Ebda aħbar relatata fl-aħħar sitt xhur.

Ixxerja din il-paġna