Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

Il-Latvja

Emerġenza

Nacionālais veselības dienests (Servizz Nazzjonali tas-Saħħa Latvjan - NHS)
Tel: +371 6704 5005; 80001234 (fil-Latvja biss)
Email: nvd@vmnvd.gov.lv


Kura, kopertura u spejjeż

Tobba

  • Il-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa (EHIC) tagħtik id-dritt għal kura tas-saħħa ffinanzjata mill-istat jekk ikollok bżonn kura medika urġenti/neċessarja waqt iż-żjara temporanja tiegħek fil-Latvja.
  • Il-kura tas-saħħa ffinanzjata mill-istat tingħata mill-fornituri tal-kura tas-saħħa b'kuntratt mas-Servizz Nazzjonali Latvjan tas-Saħħa.
  • Trid turi EHIC valida u passaport (jew dokument ta' identifikazzjoni ieħor) biex tirċievi kura tas-saħħa ffinanzjata mill-istat. Jekk ma tagħmilx dan, il-fornitur tal-kura tas-saħħa jista' jistaqsik biex tħallas l-ispiża kollha.
  • Trid tħallas it-tariffa tal-pazjent biex tara tabib. Ma jsir ebda ħlas minn
    • pazjenti taħt it-18-il sena
    • nisa tqal li qed jieħdu kura konnessa mat-tqala tagħhom
    • ċerti gruppi ta’ pazjenti b’djanjożi partikolari (tuberkulożi, djanjożi psikjatrika, ċertu mard infettiv).
  • Għal kura medika speċjalizzata, għandek bżonn riferiment mingħand tabib, normalment it-tabib tal-familja tiegħek.
  • Jekk qed issofri minn ċertu mard, m'għandikx bżonn ta' riferiment biex tara wieħed minn dawn li ġejjin: ġinekologu, tabib tal-għajnejn, kirurgu tat-tfal, pedjatra, psikjatra, speċjalist tal-vizzji, speċjalist tal-mard tal-pulmun (tabib tal-mard tal-pulmun li jispeċjalizza fit-tuberkulożi), dermatoveneroloġist (tabib tal-ġilda li jispeċjalizza f'mard trażmess sesswalment), endokrinologu (pereżempju meta jkollok id-dijabete), onkologu, speċjalist tal-kimoterapija, speċjalist fil-mard infettiv (HIV / AIDS).
  • It-tariffa tal-pazjent mhix rimborżabbli fil-Latvja, iżda tista' titlob rimborż meta tmur lura d-dar.

Dentisti

  • Il-kura tas-snien iffinanzjata mill-istat hi disponibbli għat-tfal biss.
  • L-adulti jridu jħallsu għall-kura tas-snien, u din ma tiġix rimborżata fil-Latvja.
  • Jekk il-kura tas-snien hi koperta f'pajjiżek, ikkuntattja lill-fornitur tal-assigurazzjoni tas-saħħa nazzjonali meta tmur lura d-dar biex titlob rimborż.

Kura fi sptar

  • Jekk tiddaħħal l-isptar (f'emerġenza), uri l-EHIC u l-passaport tiegħek (jew identifikazzjoni oħra).
  • Ikollok tħallas tariffa tal-pazjent għal kura in-patient, li tibda mit-tieni jum minn meta tidħol l-isptar. Ma hemm ebda tariffa għal:
    • pazjenti taħt it-18-il sena
    • pazjenti li jiddaħħlu l-isptar minħabba t-tqala jew biex iwelldu
    • pazjenti li qegħdin fuq id-dijaliżi jew xi tipi ta’ kura oħrajn (eż. għal mard infettiv, mard mentali).
  • Hemm tariffi addizzjonali għal:
    • CT scans (tomografija kompjutata)
    • MRI scans (immaġini ta' reżonanza manjetika).
  • Barra mit-tariffa tal-pazjent, il-fornitur tal-kura tas-saħħa jista' jiċċarġja kopagament għal proċedura kirurġika li ssir fis-sala tal-operazzjonijiet.
  • Dawn il-pagamenti mhumiex rimborżabbli fil-Latvja, iżda tista' titlob rimborż meta tmur lura d-dar.

Riċetti tat-tabib

  • Bħala xi ħadd li għandu EHIC, int intitolat għal mediċina fuq il-bażi ta' riċetta (formola speċjali tar-riċetti) maħruġa minn tabib b'kuntratt mas-Servizz Nazzjonali tas-Saħħa Latvjan.
  • Mill-1 ta’ Jannar 2018, ir-riċetti għall-mediċini li huma rimborżati mill-istat jistgħu jinħarġu biss elettronikament b’xi eċċezzjonijiet (pereżempju, jekk il-pazjent ikun informa lit-tabib li hu/hi se juża/tuża r-riċetta f’wieħed mill-pajjiżi tal-UE, l-Iżlanda, in-Norveġja, il-Liechtenstein jew l-Iżvizzera).

  • Biex iġġib il-mediċina bir-riċetta, trid tmur fi spiżerija li topera b'kuntratt mas-Servizz Nazzjonali tas-Saħħa. Biex tixtri l-mediċina bir-riċetta, trid turi:
    • l-EHIC tiegħek,
    • il-passaport tiegħek (jew identifikazzjoni oħra)
    • ir-riċetta tiegħek (jekk teħtieġ mediċina bir-riċetta li mhix rimborżata mill-istat).
  • L-istat jagħtik rimborż ta' 100%, 75% jew 50% tal-ispiża tal-mediċina bir-riċetta skont il-kundizzjoni fid-djanjożi.
  • L-ammont li tħallas minn qabel mhux rimborżabbli fil-Latvja, iżda tista' titlob rimborż meta tmur lura d-dar.

Ambulanza

  • Tista’ tuża ambulanza mingħajr ħlas jekk tkun intbagħtet mis-servizz 113 u tippreżenta EHIC valida u passaport (jew dokument ta’ identifikazzjoni ieħor).

Ambulanza bl-ajru

  • Japplikaw l-istess regoli bħal tal-ambulanza.

Rimborż

  • Il-Latvja topera sistema tal-kura tas-saħħa bbażata fuq l-għoti ta' servizz in natura. Għaldaqstant m’hemmx sistema ta' rimborż. Inti għandek tħallas biss is-sehem tal-pazjent tal-ispejjeż tal-kura.
  • Jekk ikollok tħallas għall-kura, ikkuntattja lill-fornitur tal-assigurazzjoni tas-saħħa nazzjonali tiegħek meta tirritorna f'pajjiżek biex titlob rimborż.

Kontribuzzjoni tal-pazjent

  • Eżaminazzjonijiet out-patient minn tabib tal-familja – bejn €1 u €2
  • Sptar għal ġurnata - €7
  • Tariffa għal konsultazzjoni ma’ speċjalist - €4
  • Il-kura in-patient – bejn €7 u €10 kull ġurnata, u tibda mit-tieni jum tal-permanenza fl-isptar.
  • Eżaminazzjonijiet dijanjostiċi addizzjonali – bejn €2 u €35 (pereżempju għas-CT scans, immaġini ta' reżonanza manjetika (MRI), elettroenċefalogrammi (EEG), elettrokardjogrammi (EKG), Xrays, għal endoskopija)
  • Il-pazjenti b'ċerti kundizzjonijiet mediċi jħallsu tariffi mnaqqsa.

Dijaliżi, ossiġenu u kimoterapija

  • Id-dijaliżi tad-demm, il-filtrazzjoni tad-demm u d-dijaliżi periteonali kroniċi huma bla ħlas jekk ikun hemm riferiment ta' speċjalist.
  • L-ispejjeż tat-terapija tal-ossiġenu mhumiex koperti mis-Servizz tas-Saħħa Nazzjonali.
  • Il-kimoterapija hi bla ħlas b'riferiment minn onkoloġist.

Kif napplika għal EHIC?


Fejn jaċċettaw l-EHIC


Kard mitlufa jew misruqa

Kuntatti għal min għandu EHIC li nħarġet fil-Latvja

Nacionālais veselības dienests (Servizz Nazzjonali tas-Saħħa Latvjan) Tel: +371 6704 5005
Email: nvd@vmnvd.gov.lv

Ixxerja din il-paġna