Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

L-Italja

Emerġenza


Kura, kopertura u spejjeż

Tobba

  • Tista’ tuża l-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa Ewropea (EHIC) valida tiegħek jekk it-tabib li qed iżżur jappartieni għas-Servizz Nazzjonali tas-Saħħa (Servizio Sanitario Nazionale – SSN) jew jekk għandu ftehim miegħu (“accreditamento”).
  • It-tobba privati mhux bilfors jaċċettaw l-EHIC.
  • Il-kliniki tat-tobba tal-familja huma miftuħin mit-Tnejn sal-Ġimgħa. Il-ħinijiet ivarjaw, iżda normalment ikunu miftuħin filgħodu u wara nofsinhar. Ħlief fil-każ ta’ emerġenzi, dawn ma jiftħux fi tmiem il-ġimgħa.
  • Anke għal kura ta’ emerġenza u kritika, it-trattamenti li jingħataw jitħallsu parzjalment mill-pazjent (hu s-sehem individwali li jissejjaħ biljett) .
  • It-tariffi li jridu jitħallsu għal servizzi mediċi mhumiex rimborżati fl-Italja. Meta tasal lura f’pajjiżek, tkun tista’ tagħmel talba għal rimborż mal-fond/servizz tal-assigurazzjoni tas-saħħa li jkun ħariġlek l-EHIC.

Dentisti

  • Id-dentisti fl-Italja huma prattikanti privati u b’hekk huma ma jaċċettawx l-EHIC u jkollok tħallas l-ammont sħiħ.
  • F’ċirkostanzi eċċezzjonali u urġenti, jew fi kliniċi ġewwa l-isptarijiet tal-SSN li jipprovdu trattament tas-snien urġenti, jista’ jkollok aċċess għall-kura tas-snien bl-EHIC tiegħek. Madankollu, ikollok bżonn tkopri xi spejjeż tat-trattament.

Trattament fi sptar

  • Qabel titlaq minn pajjiżek, iċċekkja mal-fond/servizz tal-assigurazzjoni tas-saħħa tiegħek li jkun ħariġlek l-EHIC jekk intix intitolat għal trattament tul il-mawra tiegħek fl-Italja. Idealment għandek tikseb konferma bil-miktub mingħandhom.
  • Itlob il-lista ta’ sptarijiet li jappartjenu għall-SSN jew li għandhom ftehim miegħu mingħand l-awtorità tas-saħħa lokali (“Azienda sanitaria locale” jew “ASL”).
  • Uri EHIC valida fl-isptar u ddetermina qabel tmiem iż-żjara tiegħek li huma jkunu aċċettaw l-EHIC tiegħek

Riċetti mediċi

  • Tista' tixtri xi mediċini mingħajr riċetta tat-tabib - staqsi lill-ispiżjar. F’dan il-każ, mhix meħtieġa l-EHIC.
  • Għal xi riċetti mediċi, inti trid tħallas biss parti mit-tariffa tar-riċetta, filwaqt li għal oħrajn trid tħallas il-prezz sħiħ. Fi kwalunkwe każ, se jkollok tħallas bil-quddiem anke jekk turi l-EHIC tiegħek. Jekk ikollok dubju, staqsi lill-ispiżjar.
  • Dejjem għandek turi l-EHIC tiegħek meta titlob riċetta mingħand tabib li jappartieni għall-SSN jew li għandu ftehim miegħu. Uriha wkoll lill-ispiżjar meta tixtri mediċini b’riċetta biss.
  • Il-prezz sħiħ għandu jitħallas għall-biċċa l-kbira tal-mediċini bir-riċetta anke jekk turi l-EHIC tiegħek. Tista’ tiġi rimborżat mill-istituzzjoni kompetenti meta tmur lura f’pajjiżek.
  • It-tariffi tar-riċetta ma jiġux rimborżati fl-Italja. Staqsi lill-fond/servizz tal-assigurazzjoni tas-saħħa tiegħek dwar rimborż meta tasal lura f'pajjiżek.
  • Il-mediċini bla riċetta - dawk li jinbiegħu bla riċetta medika - mhumiex rimborżati.

Ambulanza

  • Bla ħlas f’emerġenza jekk l-ambulanza tappartieni għall-SSN jew għas-servizzi tal-kura tas-saħħa li għandhom ftehim miegħu.
  • Għal trasport mhux ta’ emerġenza ta’ pazjent, jista' jkollok tħallas parti mill-ispejjeż jew l-ispejjeż kollha.
  • It-tariffi tal-ambulanzi ma jiġux rimborżati fl-Italja. Meta tasal lura f’pajjiżek, staqsi lill-fond/servizz tal-assigurazzjoni tas-saħħa li ħariġlek l-EHIC dwar ir-rimborż.

Ambulanza bl-ajru

  • Bla ħlas f’emerġenza jekk l-ambulanza tappartieni għall-SSN jew għas-servizzi tal-kura tas-saħħa li għandhom ftehim miegħu.
  • Għal trasport mhux ta’ emerġenza ta’ pazjent, jista' jkollok tħallas l-ispejjeż kollha.
  • It-tariffi tal-ambulanzi ma jiġux rimborżati fl-Italja. Meta tasal lura f’pajjiżek, staqsi lill-fond/servizz tal-assigurazzjoni tas-saħħa li ħariġlek l-EHIC dwar ir-rimborż.

Rimborż

  • Ebda tariffa ma tiġi rimborżata fl-Italja.
  • Kull darba li jkollok tħallas tariffa (li tissejjaħ biljett) m’inti intitolat għal ebda rimborż tal-biljett.
  • Jekk ikollok tħallas għall-kura tas-saħħa, staqsi lill-fond/servizz tal-assigurazzjoni tas-saħħa tiegħek meta tirritorna f'pajjiżek għar-rimborż.

Kontribuzzjoni tal-pazjent

  • Jista' jkollok tħallas kontribuzzjoni/sehem individwali (imsejjaħ biljett) għall-mediċina (staqsi lill-ispiżjar).
  • Għal żjarat mhux ta’ emerġenza minn tabib (imsejħa visita occasionale) tiġi imposta tariffa.
  • It-tariffa tiddependi mit-tip ta’ trattament u mir-reġjun fejn qed toqgħod.
  • Jista' jkollok tħallas għall-kura ta' emerġenza jekk ma tiddaħħalx l-isptar. Staqsi lill-awtorità tas-saħħa lokali għal aktar informazzjoni.

Dijaliżi, ossiġenu u kimoterapija

Iċċekkja d-disponibbiltà bosta ġimgħat qabel ma tivvjaġġa biex tiżgura li tirċievi trattament adegwat u kun af l-ispejjeż. Ikkuntattja l-eqreb awtorità tas-saħħa lokali fiż-żona fejn se tkun qed toqgħod.


Kif napplika għal EHIC?

  • B’mod ordinarju l-EHIC ma tinħariġx fuq talba iżda awtomatikament sakemm il-persuna tissodisfa r-rekwiżit legali tar-reġistrazzjoni. Għal dawk li mhumiex (intitolati li jkunu) irreġistrati fis-sistema tal-kura tas-saħħa Taljana (SSN), l-EHIC ma tinħarġilhomx.
  • Il-persuni li joqogħdu temporanjament fl-Italja għandhom jitolbu lill-istituzzjoni kompetenti tagħhom għal EHIC qabel ma jmorru fuq mawra temporanja fl-Italja.
  • Din tinħareġ awtomatikament lil dawk li huma intitolati għaliha (sakemm ikunu intitolati għalija u jkunu verament residenti fl-Italja).
  • Inti intitolat għal EHIC jekk diġà kont irreġistrat f’waħda mill-awtoritajiet lokali (ASL) tas-Sistema tas-Saħħa Nazzjonali.

Fejn jaċċettaw l-EHIC

Jekk jogħġbok ikkuntattja lill-awtorità tas-saħħa lokali għal aktar informazzjoni.


Kard mitlufa jew misruqa

F’każ ta’ serq jew telf ta’ EHIC, id-detenturi tal-EHIC jingħataw il-parir li jikkuntattjaw l-istituzzjonijiet kompetenti tagħhom f’pajjiżhom u huma obbligati li jiddenunzjaw dawn iċ-ċirkostanzi lill-Pulizija tal-post taż-żjara tagħhom fl-Italja sabiex jiġi evitat li oħrajn jagħmlu użu minnha b’mod frodulenti.

  • Jekk il-karta tiegħek tintilef jew tinsteraq, irrapporta immedjatament lill-pulizija.
  • Għandek titlob ukoll lill-istituzzjoni kompetenti tiegħek li ħarġet l-EHIC għal ċertifikat temporanju li għandu jintwera fl-Italja biex ikollok aċċess għas-servizzi tal-kura tas-saħħa indikati hawn fuq.
  • F'emerġenza, dan iċ-ċertifikat jista' jintbagħat bil-fax jew bl-email fl-eqreb awtorità tas-saħħa lokali jew sptar fl-Italja.

Ixxerja din il-paġna