breadcrumb.ecName

Ir-Reġjun tiegħi. L-Ewropa tiegħi, Il-Futur tagħna: Is-Seba' Rapport dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali

Communications

Data: 09 oct 2017

Tema: Territorial cohesion

Lingwi:   bg | cs | da | de | el | en | es | et | fi | fr | hr | hu | it | lt | lv | mt | nl | pl | pt | ro | sk | sl | sv

Wara r-riċessjoni doppja fl-2008 u fl-2011, l-ekonomija tal-UE issa reġgħet qed tikber. Il-kriżi affettwat serjament kważi l-Istati Membri kollha. Hija waqqfet it-tnaqqis fit-tul tal-inugwaljanzi fil-PDG per capita bejn l-Istati Membri. Mal-bidu tal-perjodu ta’ rkupru, madankollu, dawn l-inugwaljanzi bdew jonqsu għal darb’oħra bi tkabbir kullimkien, u rati ogħla f’pajjiżi b’livelli aktar baxxi ta’ PDG per capita.

L-ewwel sinjali ta’ tnaqqis fl-inugwaljanzi huma evidenti wkoll fil-livell reġjonali madwar l-UE. Mill-2008 ’il quddiem, l-inugwaljanzi reġjonali fir-rati tax-xogħol u tal-qgħad kibru flimkien ma’ dawk fil-PDG per capita. Fl-2014, l-inugwaljanzi fl-impjieg bdew jonqsu, segwiti mill-inugwaljanzi fil-PDG per capita fl-2015. Madankollu, bosta reġjuni għad għandhom PDG per capita u rata ta’ impjieg taħt il-livelli ta’ qabel il-kriżi.

Bejn l-2000 u l-2015, il-PDG per capita f’ħafna reġjuni anqas żviluppati ikkonverġa lejn il-medja tal-UE permezz ta’ aktar tkabbir fil-produttività, iżda tilfu l-impjiegi. Is-settur tal-manifattura f’dawn ir-reġjuni fil-parti l-kbira tiegħu kellu prestazzjoni tajba, li għen lil kumpanniji jikkompetu fis-Suq Uniku kif ukoll globalment. Biex ikun żgurat li l-konverġenza tagħhom tkompli, dawn ir-reġjuni jridu jitilgħu 'l fuq fil-katina ta’ valur għall-attivitajiet b’livell ogħla ta’ ħiliet, teknoloġija u innovazzjoni għall-kontenut, speċjalment minħabba li l-globalizzazzjoni u l-bidla teknoloġika jistgħu malajr jimminaw il-prestazzjoni ekonomika tagħhom.