breadcrumb.ecName

Komunikazzjoni http://ec.europa.eu/regional_policy/sources/cooperate/alpine/eusalp_communicationtion_mt.pdf

Communications

Data: 28 jul 2015

Perjodu: 2014-2020

Tema: EU Strategy for the Alpine Region

Lingwi:   bg | cs | da | de | el | en | es | et | fi | fr | hr | hu | it | lt | lv | mt | nl | pl | pt | ro | sk | sl | sv

Ir-Reġjun tal-Alpi huwa żona fost l-aktar sinjura tad-dinja u fost l-aktar żoni dinamiċi, innovattivi u kompetittivi ekonomikament fl-Ewropa b’karatteristiċi ġeografiċi u naturali uniċi. Madankollu, ir-Reġjun qed jiffaċċja wkoll sfidi importanti li jeħtieġu rispons konġunt:

  • il-globalizzazzjoni ekonomika li tirrikjedi lit-territorju biex jiddistingwi ruħu bħala kompetittiv u innovattiv;
  • ix-xejriet demografiċi, ikkaratterizzati b’mod partikolari mill-effetti magħquda flimkien ta’ popolazzjoni li qed tixjieħ, densità baxxa tal-popolazzjoni f’żoni muntanjużi u mudelli ta’ migrazzjoni ġodda;
  • vulnerabbiltà kbira għat-tibdil fil-klima u l-effetti prevedibbli tiegħu fuq l-ambjent, il-bijodiversità u l-kundizzjonijiet tal-għajxien tal-abitanti tiegħu;
  • l-isfida tal-enerġija fl-immaniġġjar u s-sodisfar tad-domanda b’mod sostenibbli, b’sigurtà u bi prezzijiet raġonevoli;
  • il-pożizzjoni ġeografika speċifika tiegħu fl-Ewropa, bħala reġjun ta’ tranżitu;
  • grad għoli ta' staġjonalità, speċjalment f’xi żoni turistiċi.

Għad hemm ukoll differenzi sinifikanti bejn żoni differenti fir-reġjun (pereżempju bejn iż-żoni muntanjużi u l-prealpi).

Il-Kunsill Ewropew tad-19/20 ta’ Diċembru 2013 stieden lill-Kummissjoni biex, b’ħidma mal-Istati Membri, tfassal Strateġija tal-UE għar-Reġjun tal-Alpi (EUSALP) sa Ġunju 2015, li tibni fuq il-bażi solida ta’ kooperazzjoni fir-Reġjun. L-Istrateġija se taffettwa madwar 80 miljun ruħ li jgħixu fi 48 reġjun (mappa fl-Anness) f’seba’ pajjiżi, li ħamsa minnhom huma Stati Membri tal-UE (l-Awstrija, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, u s-Slovenja) u żewġ pajjiżi mhux tal-UE (il-Liechtenstein u l-Iżvizzera). Iż-żona ġeografika proposta koperta mill-istrateġija makroreġjonali hija partikolarment adatta għall-iżvilupp sostenibbli tar-Reġjun tal-Alpi, il-promozzjoni tat-tkabbir ekonomiku madwar l-Ewropa u s-solidarjetà reċiproka bejn it-territorji muntanjużi u perialpini.

L-Istrateġija se tkopri dawn l-oqsma tematiċi ta' politika: (1) it-tkabbir ekonomiku u l-innovazzjoni; (2) il-mobbiltà u l-konnettività; u (3) l-ambjent u l-enerġija.

L-Istrateġija se tibbenefika mir- rwol attiv tar-reġjuni tal-Alpi appoġġati mill-Istati Membri u mill-esperjenza minn għadd kbir ta' strutturi ta' kooperazzjoni li diġà joperaw fiż-żona u se tibni fuq ix-xogħol li sar qabel ma l-Kummissjoni bdiet taħdem fuq it-tfassil tal-Istrateġija.