Mogħdija tan-navigazzjoni

Arkivju tal-aħbarijiet

20.07.2018

IMI helps enforce GDPR

IMI is now ensuring the proper im­plement­ation of the General Data Pro­tection Regu­lation (GDPR), pro­viding multi­lingual online information ex­change functions for Euro­pean Insti­tutions and National Data Pro­tection Super­visory authorities.

19.07.2018

100K SKAMBJU TA’ INFORMAZZJONI

L-użu tal-IMI qed jiżdied b’mod kostanti: sa Diċembru 2017, l-għadd totali ta' talbiet ta' informazzjoni mibgħutin permezz tal-IMI kien qabeż il-100,000. Fl-2017 biss intbagħtu kważi 34,000 talba, li jinvolvu aktar minn 8,200 awtorità reġistrata.
Ikkonsulta l-istatistika interattiva biex issir taf aktar!

Fuq
27.10.2015

Ir-riżultati kollha tal-istħarriġ tal-utenti ġew ippubblikati

Il-Kummissjoni wettqet stħarriġ biex tivvaluta l-esperjenza tal-utenti tal-IMI f'termini ta' kemm hi faċli għall-użu, il-funzjonalitajiet u l-benefiċċji. Ir-riżultati tal-istħarriġ issa ġew ippubblikati.

20.04.2015

L-akkwist pubbliku fl-IMI

Minn issa 'l quddiem l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jużaw l-IMI biex jiċċekkjaw l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni mogħtija minn kumpaniji tal-akkwist ta' pajjiżi Ewropej oħrajn.

Fuq
20.01.2015

Kisbiet fl-2014 – Il-Bullettin tal-IMI ġie ppubblikat

18.09.2014

Rilaxx ta' verżjoni ġdida tal-IMI

Ġiet rilaxxata verżjoni ġdida tal-IMI. Fiha għandek issib li ġew issimplifikati l-istruttura tal-awtoritajiet fl-IMI u li tjieb l-immaniġġjar tal-awtoritajiet u tal-utenti. Għal aktar informazzjoni dettaljata jekk jogħġbok ikkonsulta l-gwidi tal-IMI tagħna.

Fuq
23.07.2014

Ippubblikata edizzjoni ġdida tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Suq Uniku

Biex jitlesta r-rapport dwar l-IMI, ġew introdotti żewġ indikaturi tal-kwalità fl-edizzjoni tas-07/2014 tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Suq Uniku.

15.07.2014

L-IMI se jiġi estiż għal tliet oqsma legali ġodda

  • Akkwist Pubbliku
  • Ritorn ta’ Oġġetti Kulturali
  • Infurzar tad-Direttiva dwar il-Kollokament tal-Ħaddiema
Fuq
27.01.2014

Kisbiet fl-2013 – Il-Bullettin tal-IMI ġie ppubblikat

Fit-23 ta' Jannar 2014 bgħatna l-aħħar bullettin tal-IMI li jagħti aġġornament tal-progress kollu li sar matul l-2013.

15.11.2013

Estensjoni b'suċċess ta' IMI

Fil-15 ta' Novembru 2013, IMI infetħet għal kooperazzjoni amministrattiva skont id-direttiva dwar il-kummerċ elettroniku.

Fuq
04.07.2013

Varata l-websajt tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Suq Uniku

Bit-tnedija tal-lum tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Suq Uniku, li se tinsab biss onlajn, ġiet stabbilita sistema ta' rappurtar iktar komprensiv u iktar faċli għal min jużaha.

Aċċess għall-IMI

L-utenti reġistrati biss għandhom aċċess għas-Sistema ta' Informazzjoni dwar is-Suq Intern (IMI)

sistema ta’ taħriġ tal-IMI

Jekk għadek ġdid/a fuq l-IMI u tixtieq tidhra s-sistema, tista' tuża s-sistema ta’ taħriġ.

Biex tagħmel dan, l-ewwel trid tirreġistra.

Għadek m'intix irreġistrat?

Ir-rikjesta tiegħek għar-reġistrazzjoni trid tiġi approvata minn koordinatur nazzjonali tal-IMI. Huma awtoritajiet kompetenti biss li jistgħu jitolbu reġistrazzjon fl-IMI.