Mogħdija tan-navigazzjoni

Varata l-websajt tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Suq Uniku

Bit-tnedija tal-lum tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Suq Uniku, li se tinsab biss onlajn, ġiet stabbilita sistema ta' rappurtar iktar komprensiv u iktar faċli għal min jużaha.

Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Suq Uniku tinkorpora rapporti dettaljati dwar 13-il strument ta’ governanza inkluż il-monitoraġġ tat-traspożizzjoni korretta tad-direttivi tal-UE, analiżi ta’ proċeduri ta’ ksur, networks ta’ kooperazzjoni amministrattiva (rapport dwar l-IMI għall-perjodu 05/2012 – 04/2013) u diversi servizzi ta’ informazzjoni u ta’ soluzzjoni tal-problemi.

Aċċess għall-IMI

L-utenti reġistrati biss għandhom aċċess għas-Sistema ta' Informazzjoni dwar is-Suq Intern (IMI)

sistema ta’ taħriġ tal-IMI

Jekk għadek ġdid/a fuq l-IMI u tixtieq tidhra s-sistema, tista' tuża s-sistema ta’ taħriġ.

Biex tagħmel dan, l-ewwel trid tirreġistra.

Għadek m'intix irreġistrat?

Ir-rikjesta tiegħek għar-reġistrazzjoni trid tiġi approvata minn koordinatur nazzjonali tal-IMI. Huma awtoritajiet kompetenti biss li jistgħu jitolbu reġistrazzjon fl-IMI.