Ibgħat lil ħabib
RSS
google +
Verżjoni għall-istampar

minn Alessandro Nanni Costa, id-Direttur Ġenerali, Ċentru Nazzjonali Taljan tat-Trapjant u Giancarlo Liumbruno, id-Direttur Ġenerali, Ċentru Nazzjonali Taljan tad-Demm

minn Alessandro Nanni Costa, id-Direttur Ġenerali, Ċentru Nazzjonali Taljan tat-Trapjant u Giancarlo Liumbruno, id-Direttur Ġenerali, Ċentru Nazzjonali Taljan tad-Demm

Miljuni ta’ ċittadini tal-UE jafu s-sopravivenza u l-kwalità tal-ħajja tagħhom għat-trasfużjonijiet tad-demm, it-trapjant ta’ organi, it-tessuti u ċ-ċelloli bħal dawk tal-mudullun jew tal-kornea, jew għall-użu ta’ gamiti mogħtija għal riproduzzjoni assistita, kollha magħmula possibbli permezz ta’ donazzjonijiet ġenerużi li saru minn oħrajn. Filwaqt li dawn il-benefiċċji huma magħrufa sewwa, il-professjonisti fil-qasam tas-sustanzi ta’ oriġini umana huma wkoll konxji mill-importanza tal-iżgurar li kwalunkwe riskju assoċjat mal-użu kliniku ta’ dawn is-sustanzi jiġi mminimizzat u mmonitorjat. Mill-2002 'l hawn, l-UE rregolat dan il-qasam permezz ta’ serje ta’ direttivi li għandhom l-għan li jiżguraw is-sikurezza u l-kwalità.

Il-viġilanza, mil-Latin "vigilare" - tibqa' mqajjem/alert – hi element ewlieni tal-qafas ta' ħidma regolatorja għal sustanzi ta' oriġini umani u programmi ta' viġilanza li jirrapportaw huma meħtieġa mil-leġiżlazzjoni tal-UE għat-tliet sottosetturi kollha: demm, organi u tessuti u ċelloli.  Il-Kummissjoni tiġbor rapporti annwali ta' reazzjonijiet u avvenimenti avversi li seħħew fl-Istati Membri u li kellhom mnejn kienu assoċjati mal-kwalità u s-sigurezza tat-demm, tat-tessuti jew taċ-ċelloli. Ir-rappurtar, l-investigazzjoni u l-aggregazzjoni ta' din l-informazzjoni hi riżorsa imprezzabbli għal esperti fi Stati Membri fit-tiftix tagħhom sabiex kontinwament itejbu s-sistemi tagħhom. Ir-rapporti sommarji maħruġa mill-Kummissjoni huma ppubblikati fuq is-sit web Europa. Il-Kummissjoni għadha kemm nediet ukoll għodda importanti għas-sostenn tal-viġilanza, il-Pjattaforma tal-Ikkowdjar tal-UE, li tippermetti lill-professjonisti li joħolqu u jagħmlu dekowdjar ulterjuri ta’ Kowd Uniku Ewropew għat-tessuti u ċ-ċelluli fl-UE u b'hekk ittejjeb l-abbiltà li jiġu traċċjati u msejħin lura meta jinstab xi difett jew riskju.

Biex tkompli tappoġġja t-titjib fil-viġilanza u l-ispezzjoni fl-oqsma tad-demm, it-tessuti u ċ-ċelloli, Azzjoni Konġunta kbira, ikkofinanzjata mill-Programm ta’ Saħħa Pubblika, tnediet fl-2015. Bl-isem ta' VISTART (Viġilanza u Spezzjoni għas-Sikurezza tat-Trasfużjoni, tar-Riproduzzjoni Assistita u t-Trapjant), din l-azzjoni hi mmexxija b’mod konġunt miż-żewġ awtoritajiet fl-Italja li huma responsabbli għas-sorveljanza ta’ dawn l-oqsma: iċ-Ċentru Nazzjonali Taljan tat-Trapjanti u ċ-Ċentru Nazzjonali Taljan tad-Demm.  Tlettax-il Stat Membru u n-Norveġja huma msieħba assoċjati u bosta oħrajn qed ukoll jikkollaboraw f'din l-inizjattiva importanti, l-ewwel azzjoni li qed tlaqqa' flimkien id-dinjiet tat-trasfużjoni tad-demm u tat-tessuti u ċ-ċelloli. Flimkien qed nesploraw prattiki regolatorji u strateġiji ta' qbil għal titjib, armonizzazzjoni u kollaborazzjoni bejn l-Istati Membri.  Se jsiru proposti lill-Kummissjoni għal titjib fil-eżerċizzji ta' rappurtar tal-viġilanza annwali u l-azzjoni se tibni kollaborazzjoni b'saħħitha ta' The Notify Library tad-WHO, kollezzjoni globali ta' okkurrenzi avversi analizzati li huma assoċjati mad-donazzjoni jew mal-użu ta' sustanzi ta' oriġini umana. Permezz tal-ħidma ta' VISTART, l-Istati Membri tal-UE se jikkontribwixxu għal din l-inizjattiva billi jaqsmu bejniethom it-tagħlim li ħareġ mill-programmi ta’ viġilanza tal-UE mal-kollegi tagħhom madwar id-dinja.