Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

Invalidità

Il-mod kif jiġu kkalkolati l-benefiċċji tal-invalidità jvarja minn pajjiż għall-ieħor fl-Unjoni Ewropea. Jeżistu żewġ metodi ewlenin ta' kif isir il-kalkolu f'sitwazzjonijiet bejn il-fruntieri.

 

Metodi ta' kalkolu 

  • Xi pajjiżi japplikaw loġika bbażata fuq ir-riskju (leġiżlazzjoni tat-tip A). Tkun intitolat għall-istess pensjoni irrispettivament mill-perjodi ta' assigurazzjoni li ħallast, iżda trid tkun assigurat meta sseħħ l-invalidità. Dan il-metodu japplika biss għal ċerti skemi li jinsabu elenkati fl-Anness VI tar-Regolament 883/2004, jiġifieri skemi fir- Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, il-Kroazja, il-Latvja, l-Ungerija, is-Slovakkja, il-Finlandja u l-Isvezja.

  • Il-pajjiżi l-oħra kollha japplikaw metodu pro-rata (leġiżlazzjoni tat-tip B). Dan ifisser li l-pensjoni tal-invalidità hi kkalkolata fuq it-tul tal-perjodu ta' assigurazzjoni f'kull pajjiż: iktar ma tkun ilek assigurat qabel l-invalidità, ikbar tkun il-pensjoni. Anke jekk ma kontx assigurat meta sirt invalidu, xorta int intitolat għal pensjoni.

Sib informazzjoni dwar drittijietek skont il-pajjiż

 

Min iħallas il-pensjoni tiegħek? 

Għalhekk, jekk kont assigurat f'diversi pajjiżi qabel l-invalidità, tkun f'waħda minn dawn is-sitwazzjonijiet:

  • Jekk kont assigurat biss taħt leġiżlazzjonijiet tat-tip B, tieħu pensjoni separata minn kull pajjiż skont il-perjodi ta' assigurazzjoni li ħallast hemmhekk.

  • Jekk kont assigurat biss taħt leġiżlazzjonijiet tat-tip A, u jekk din il-leġiżlazzjoni tinsab elenkata fl-Anness VI tar-Regolament 883/2004, tirċievi biss pensjoni mill-pajjiż fejn kont assigurat meta sirt invalidu.

  • Jekk kont assigurat taħt iż-żewġ leġiżlazzjonijiet A u B jew oħrajn, tirċievi pensjoni pro-rata minn kull wieħed minn dawn il-pajjiżi.

Staqsi lill-istituzzjoni tal-assigurazzjoni tiegħek għal iktar informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tiegħek.

Uża d-direttorju tagħna biex issib il-kuntatt ta' istituzzjoni

Aktar tagħrif 

Ara l-mistoqsijiet frekwenti għal aktar tagħrif. 

Għandek bżonn iktar għajnuna? 

Ma sibtx l-informazzjoni li ridt? Għandek problema?

Agħmel mistoqsija lil Europe Direct (00800 6 7 8 9 10 11)
Solvi l-problemi ma' amministrazzjoni nazzjonali (SOLVIT)
Ħu parir legali mis-servizz ta' informazzjoni għaċ-ċttadini (CSS)

Aħbarijiet relatati

Ebda aħbar relatata fl-aħħar sitt xhur.

Ixxerja din il-paġna