breadcrumb.ecName

Il-Valutazzjoni tar-Riskju tal-Frodi u Miżuri Effettivi u Proporzjonati Kontra l-Frodi

Guidelines

Data: 16 jun 2014

Perjodu: 2014-2020

Tema: Structural Funds management and Governance

Lingwi:   bg | cs | da | de | el | en | es | et | fi | fr | hr | hu | it | lt | lv | mt | nl | pl | pt | ro | sk | sl | sv

Din in-nota ta' gwida tipprovdi għajnuna u rakkomandazzjonijiet lill-Awtoritajiet Amministrattivi (MAs) għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 125(4)(c) CPR, li jistabbilixxi illi l-Awtorità Amministrattiva għandhu jkollha miżuri ta' kontra l-frodi effettivi u proporzjonati li jinkludu r-riskji identifikati. Il-Kummissjoni tipprovdi wkoll gwida għall-verifika tal-konformità mill-Awtorità tal-Awditjar (AA) tal-Awtorità Amministrattiva ma’ dan l-Artikolu.

Il-Kummissjoni tirrakkomanda li l-Awtoritajiet Amministrattivi jadottaw approċċ proattiv, strutturat u mmirat biex jamministraw ir-riskju ta’ frodi. Għall-Fondi, lobjettiv għandu jkun miżuri proattivi u proporzjonati kontra l-frodi b’mezzi kosteffettivi. L-awtoritajiet kollha tal-programm għandhom ikunu impenjati għal tolleranza żero għallfrodi, li tibda bl-adozzjoni ta’ t-ton korrett mill-bidu nett. Il-valutazzjoni tar-riskji mmirati sew, flimkien ma' impenn ikkomunikat b’mod ċar biex tiġi miġġielda l-frodi jista’ jibgħat messaġġ ċar lil dawk li jwettqu l-frodi potenzjali. Sistemi ta’ kontroll b’saħħithom implimentati b'mod effettiv jistgħu jnaqqsu sew ir-riskji ta’ frodi, iżda ma jistgħux jeliminaw kompletament ir-riskju li jseħħ frodi jew li jibqgħu ma jinstabux. Din hija r-raġuni għalfejn is-sistemi jridu jiżguraw ukoll li jkun hemm proċeduri fis-seħħ sabiex jikxfu l-frodi u biex jittieħdu miżuri xierqa f'każ li frodi suspettat jiġi skopert. Ilgwida hija maħsuba biex tgħin bħala gwida pass pass biex jiġu indirizzati kwalunkwe każijiet ta’ frodi ladarba jkunu stabbiliti l-miżuri ta’ ġestjoni finanzjarja sana u huma implimentati b’mod effettiv. Madankollu, l-għan ġenerali tad-dispożizzjonijiet regolatorji huwa ġestjoni tar-riskju tal-frodi kosteffikaċi u l-implimentazzjoni ta’ miżuri effettivi u proporzjonati kontra l-frodi, li fil-prattika tfisser approċċ immirat u differenzjat għal kull programm u sitwazzjoni.