Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

Teodora Dumitru – Ir-Rumanija (Verżjoni faċli li jinqara)

Teodora Dumitru hi ċ-champion tagħna mir-Rumanija.

Fil-qosor, isejħulha Teo.

TEO twieldet b’diżabbiltà
u tmur minn post għal ieħor f’wheelchair.

Bħalissa qed tistudja l-mediċina
f’università fi Spanja.

Hi titkellem bl-Ingliż, bir-Rumen u bl-Ispanjol.

Fil-ħin liberu tagħha,
tħobb tikteb
u ħolqot sit web imsejjaħ
“Teo on wheels”.
Fuqu tikteb dwar ħajjitha
bħala żagħżugħa b’diżabbiltà.

Hi u tixxerja l-istorja tagħha,
Teo trid tgħin lil persuni oħrajn b’diżabbiltà
biex jemmnu fihom infushom u jsegwu l-ħolm tagħhom.
Hi trid ukoll turi li l-persuni b’diżabbiltà
jistgħu jgawdu ħajjithom
u jistgħu jiddevertu mal-familja u l-ħbieb tagħhom
bħal kulħadd.

Tista’ wkoll tiċċekkja s-sit web ta’ Teo
billi tikklikkja hawnhekk

Tista’ ssegwi wkoll lil Teo fuq Instagram
billi tikklikkja hawnhekk

Tista’ ssegwi wkoll lil Teo fuq Facebook
billi tikklikkja hawnhekk

Ixxerja din il-paġna