Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

Catarina Oliveira – Il-Portugall (Verżjoni faċli li jinqara)

Catarina Oliveira hi ċ-champion tagħna mill-Portugall.

Catarina hi nutrizzjonista.
Dan ifisser li tagħti pariri
dwar kif jista’ jkollok dieta sana.

Mill-2016 ’l hawn hi għandha diżabbiltà fil-movimenti
u tuża wheelchair biex tmur minn post għal ieħor.
Attwalment hi tagħti taħdidiet fl-iskejjel,
fl-universitajiet u fil-kumpaniji
dwar kif jistgħu jinkludu
persuni b’diżabbiltà
u jagħmlu l-affarijiet aċċessibbli għalihom.

Catarina hi ppassjonata dwar l-inklużjoni.
Hi u tixxerja l-istorja tagħha,
trid tgħin aktar nies jifhmu
l-problemi li jiffaċċjaw persuni b’diżabbiltà
fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum
u kif l-affarijiet jistgħu jkunu aħjar għalihom.

Tista’ ssegwi lil Catarina:

Ixxerja din il-paġna