Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

Rasmus Dissing Nielsen – Id-Danimarka (Verżjoni faċli li jinqara)

Rasmus Dissing Nielsen hu ċ-champion tagħna
mid-Danimarka

Rasmus jmur minn post għal ieħor f’wheelchair
u jħobb jivvjaġġa.
Hu vvjaġġa lejn 30 pajjiż
u jixxerja l-esperjenzi tiegħu fuq Instagram.

Fid-Danimarka,
Rasmus imexxi kumpanija li tissejjaħ
“We Are Wonder”.
Rasmus jagħmel il-videos u l-live streaming
għal avvenimenti differenti.
Live streaming hu video ta’ avveniment
li tista' tara fuq l-iskrin tiegħek
waqt li qed jiġri.

Rasmus jaħseb li l-mezzi tal-media
bħall-programmi televiżivi u l-films
għandhom juru aktar persuni b’diżabbiltà.

Hu u jixxerja l-istorja tiegħu,
irid iwassal il-messaġġ
dwar id-dritt tal-persuni b’diżabbiltà
biex jieħdu sehem fl-affarijiet kollha fil-ħajja.

Tista’ ssegwi wkoll lil Rasmus fuq Instagram
billi tikklikkja hawnhekk

Instagram Wheelchair Explorer: wheelchairexplorer

Ixxerja din il-paġna