Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

Iliyana Dadarova – Bulgarija (Verżjoni faċli li jinqara)

Iliana Dadarova hi ċ-champjon tagħna mill-Bulgarija.

Iliyana għandha diżabbiltà fil-mixi
li kienet ikkawżata minn żball
waqt operazzjoni li kellha
aktar minn 15-il sena ilu.

Dan ma waqqafx lil Iliyana
milli twettaq il-ħolm tagħha.

Hi studjat fin-Netherlands
u qattgħet parti mill-istudji tagħha fi Spanja wkoll.

Issa lura l-Bulgarija
taħdem ħafna mal-media soċjali.
Ix-xogħol tagħha jiffoka fuq l-għajnuna lill-kumpaniji
biex jilħqu aktar nies
u jippromwovu l-ħidma tagħhom fuq pjattaformi
bħal Facebook u Instagram.

Hi għandha wkoll is-sit web tagħha stess li jissejjaħ
“Happy twenty something”.
Fih tikteb dwar suġġetti li jinteressawha
bħala mara żagħżugħa.

Hi u tixxerja l-istorja tagħha,
Iliyana tixtieq ixxerred il-kelma
dwar xi jfisser li tgħix b’diżabbiltà.

Tista’ ssegwi lil Iliyana fuq Instagram
billi tikklikkja hawnhekk

Ixxerja din il-paġna