Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

Il-Kroazja

Emerġenza

  • Ċempel il-112

Hrvatski zavod za zdravstveno osiguranje
(Fond Kroat tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa – CHIF)
Margaretska 3, 10 000 Zagreb
Tel: +385 1 4806 333


Kura, kopertura u spejjeż

Tobba

Dentisti

Sptar

  • Il-kura hi bla ħlas jekk l-isptar għandu kuntratt mal-Fond Kroat tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa (CHIF).
  • Trid tiġi riferut minn tabib tal-kura primarja.
  • Se tintalab tħallas tariffa ta' kuljum ta' €17.70 meta jkollok toqgħod l-isptar. It-tariffi tal-pazjent huma limitati għal €530.88.

Riċetti

Ambulanza

  • L-ivvjaġġar neċessarju bl-ambulanza hu kopert.

Ambulanza bl-ajru

  • Ebda informazzjoni disponibbli.

Rimborż

  • Ma tistax tiġi rimborżat permezz tal-Fond Kroat tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa.
  • Jekk ikollok tħallas għall-kura, ikkuntattja lill-fornitur tal-assigurazzjoni tas-saħħa tiegħek meta tirritorna f'pajjiżek biex titlob rimborż.

Kontribuzzjoni tal-pazjent

L-EHIC tagħti aċċess lill-persuni assigurati kollha mill-pajjiżi tal-UE, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Iżvizzera u r-Renju Unit għall-kura tas-saħħa bl-istess kundizzjonijiet bħall-Kroati bl-assigurazzjoni tas-saħħa.

Se jkollok tħallas għal ċerti servizzi li għalihom il-Kroati bl-assigurazzjoni tas-saħħa huma obbligati li jħallsu (kopagament). Il-persuni assigurati li jibbenefikaw mill-benefiċċji għall-kura tas-saħħa fil-Kroazja huma obbligati li jkopru 20% tal-prezz tagħhom. Madankollu, l-ammont minimu tal-kopagament ma jistax ikun inqas minn:

  • €1.32 għal kura minn tabib li jipprovdi kura tas-saħħa primarja
  • €17.70 kuljum għal meta jkollok toqgħod l-isptar
  • €1.32 għal kull riċetta tat-tabib
  • €4.41 għall-kura minn speċjalista tal-kura tas-saħħa
  • €8.83 għal djanjożi ta' speċjalista mhux ikklassifikata bħala kura tas-saħħa primarja
  • €8.83 għal tagħmir ortopediku u tagħmir ieħor
  • €4.41 kuljum għar-riabilitazzjoni fiżika
  • €176.97 għal tagħmir tas-snien
  • €88.46 għal tagħmir tas-snien għal nies ta' aktar minn 65 sena

Dijaliżi, ossiġenu u kimoterapija

  • Int minn pajjiż ieħor tal-UE, mill-Iżlanda, mil-Leichtenstein, min-Norveġja, mill-Iżvizzera jew mir-Renju Unit? Jekk iva, tista' tikseb id-dijaliżi, it-terapija tal-ossiġenu jew il-kimoterapija fuq il-bażi tal-EHIC tiegħek.
  • Biex ikollok aċċess immedjat għall-kura, kun żgur li tikkuntattja fornitur tal-kura tas-saħħa qabel ma tasal il-Kroazja. Agħmel appuntament għal data u ħin speċifiċi.
  • Ġib id-dokumentazzjoni medika kollha tiegħek li turi t-tip ta' kura li għandek bżonn.

Kif napplika għal EHIC?


Fejn jaċċettaw l-EHIC


Kard mitlufa jew misruqa

Kuntatti għal min għandu EHIC li nħarġet fil-Kroazja

Persuna li għandha assigurazzjoni li titlef l-EHIC trid tikkuntattja lill-eqreb uffiċċju tas-CHIF / HZZO malajr kemm jista' jkun.

Għal aktar informazzjoni:

ncp-croatia@hzzo.hr

Tel: +385 1 644 90 90

Punt ta’ Kuntatt Nazzjonali (NCP) | HZZO

Ixxerja din il-paġna