Ibgħat lil ħabib
RSS
google +
Verżjoni għall-istampar

Martin Seychell, id-Deputat Direttur Ġenerali għas-Saħħa u l-Konsumaturi

Martin Seychell, id-Deputat Direttur Ġenerali għas-Saħħa u l-Konsumaturi

Meta pazjent jiġi kkurat fi sptar jippretendi li jgħaddilu u li jirċievi l-aqwa servizzi possibbli mingħajr ma jispiċċa jbati kaġun ta' żbalji mediċi li jistgħu jwasslu għal effetti ħżiena fuq saħħtu jew għal xi infezzjoni. Madankollu, kważi nofs iċ-ċittadini tal-UE jemmnu li tista' ssirilhom il-ħsara waqt li jkunu qed jiġu kkurati, kemm l-isptar kif ukoll fiċ-ċentri mediċi fil-komunità.

L-iżgurar tal-ħarsien ta’ kull min jiġi f’kuntatt mas-servizzi tas-saħħa mill-perikli huwa waħda mill-aktar sfidi urġenti li qatt kellna fil-qasam tas-servizzi tas-saħħa, u huwa għalhekk li, fl-2009, l-Istati Membri tal-UE adottaw rakkomandazzjoni li fiha qablu dwar għadd ta’ azzjonijiet biex jiżdied il-ħarsien tal-pazjenti.

Fl-UE, madwar 10% tal-pazjenti li jiddaħħlu l-isptar jispiċċaw ibatu kaġun ta' żbalji mediċi: dawn jinkludu dijanjosi żbaljata jew doża ħażina ta’ mediċina preskritta, u l-fatt li wieħed minn kull 20 pazjent taqbdu infezzjoni relatata mas-servizzi tas-saħħa. Ħafna minn dan id-dannu jista’ jiġi evitat iżda dan jitlob sforzi minn dawk li jfasslu l-politiki, mill-professjonisti tas-saħħa u saħansitra mill-pazjenti nfushom.

Ir- rapport pdfdwar l-implimentazzjoni tar- Rakkomandazzjoni pdfmin-naħa tal-Istati Membri, li ġie ppubblikat mill-Kummissjoni dan l-aħħar, jikkonkludi li:

  • L-Istati Membri integraw il-ħarsien tal-pazjenti mill-perikli fil-politiki dwar is-saħħa pubblika u ħadu bosta azzjonijiet biex jiġu evitati u kkontrollati l-infezzjonijiet assoċjati mas-servizzi tas-saħħa;
  • Is-sistemi tar-rappurtar u tat-tagħlim dwar l-avvenimenti avversi jistgħu jiġu żviluppati aktar;
  • Għad hemm lok għal titjib fir-rigward tas-sehem tal-pazjenti nfushom fil-ħarsien tal-pazjenti mill-perikli u tat-taħriġ tal-professjonisti tas-saħħa;
  • L-azzjonijiet għandhom ikunu mmirati mhux biss lejn l-isptarijiet iżda wkoll lejn is-servizzi tas-saħħa barra mill-isptar;
  • Hemm bżonn ta’ aktar evidenza dwar l-ispejjeż ta’ servizzi riskjużi tas-saħħa.

Fil-laqgħa informali li saret Dublin fl-4 u l-5 ta’ Marzu 2013, il-ministri tas-saħħa tal-UE kkonfermaw l-interess tagħhom li jsir aktar xogħol fuq l-oqsma identifikati mir-rapport.

Il-konoxxenza dwar il-ħarsien tal-pazjenti mill-perikli qed tevolvi l-ħin kollu u, filwaqt li diġà għaddej ħafna xogħol biex il-pazjent ikun iktar imħares, l-organizzazzjonijiet attivi fil-qasam tas-saħħa fl-Istati Membri qed jagħmlu passi kbar ’il quddiem. Billi tkompli tiffoka fuq il-lezzjonijiet meħudin u fuq il-qsim tal-aħjar prattiki u tal-konoxxenza bejn il-pajjiżi tal-UE, il-KE se tkompli tiżgura li l-pazjenti ma jiġux esposti għal ħsara bla bżonn jew għal ħsara potenzjali b'rabta mas-servizzi tas-saħħa u li r-riskji assoċjati mas-servizzi tas-saħħa jonqsu bil-kbir għal kulħadd.

Il-ħarsien tal-pazjenti mill-perikli

Aktar dwar din it-tema