Politika

Ikkalkulat li minn 8 - 12% tal-pazjenti li jiddaħħlu l-isptar fl-UE jsofru minn ċirkostanzi ta' għawġ waqt li jkunu qed jingħataw kura għas-saħħa, pereżempju:

  • infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa (li jammontaw għal madwar 25% taċ-ċirkostanzi ta' għawġ)
  • żbalji relatati mal-medikazzjoni
  • żbalji tal-kirurġija
  • nuqqasijiet fl-istrumenti mediċi
  • żbalji fid-dijanjosi
  • nuqqas ta' azzjoni għar-riżultati tat-testijiet.

Ħafna mill-ħsara li ssir lill-pazjenti tista' tiġi evitata, iżda l-implimentazzjoni ta' strateġiji biex titnaqqas il-ħsara tvarja b'mod wiesa' min-naħa għall-oħra tal-UE.

Skont it-Trattat, l-UE mistennija li tgħin lill-pajjiżi membri biex jikkoordinaw l-isforzi tagħhom biex tiġi protetta s-saħħa pubblika. Il-Kummissjoni tinsab f'qagħda tajba biex tgħinhom jiskambjaw l-aħjar prattiki u ħadet għadd ta' passi biex ittejjeb is-sikurezza tal-pazjenti fl-Ewropa.

Strumenti legali

Grupp ta' Ħidma tas-Sikurezza u l-Kwalità tal-Kura Mogħtija lill-Pażjent

Il-Grupp ta' Ħidma tas-Sikurezza u l-Kwalità tal-Kura Mogħtija lill-Pażjent Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) ilaqqa' flimkien ir-rappreżentati minn 27 pajjiż kollha tal-UE, il-pajjiżi tal-EFTA, l-organizzazzjonijiet internazzjonali u l-entitajiet tal-UE. Il-Grupp jassisti fl-iżvilupp tal-aġenda tal-UE għas-sikurezza u l-kwalità tal-kura tal-pazjenti.