Navigation path

Il-FSE fl-aħbarijiet

Iffissar u aġġustament ta’ miri għall-FSE

07/08/2013

Dokumenti ta’ sfond jagħtu approġġ metodoloġiċku għat-tħejjija ta’ Programmi Operattivi ġodda

Fi tħejjija għall-perjodu ta’ programmar 2014-2020, l-Istati Membri huma meħtieġa li jiżviluppaw indikaturi ta’ prestazzjoni u jiffissaw miri għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u l-prestazzjoni tal-programmi operattivi (PO). Il-Kummissjoni timmira li tipprovdi appoġġ metodoloġiku lill-Awtoritajiet Maniġerjali tal-FSE fl-iffissar u possibbilment fl-aġġustament ta’ miri għall-indikaturi tal-eżitu (numru ta’ parteċipanti, entitajiet) u tar-riżultati (numru ta’ parteċipanti li jsibu impjieg, jiksbu kwalifika, eċċ.). Dawn l-indikaturi huma essenzjali sabiex jittieħed kont tal-infiq.

Wara seminar ta’ tagħlim għall-Awtoritajiet Maniġerjali tal-FSE, organizzat f’Marzu, ġew imħejjija żewġ dokumenti ta’ sfond li jiġbru fil-qosor il-metodoloġiji ewlenin għall-iffissar u l-aġġustament tal-miri tal-FSE fil-PO. Id-dokument ta’ sfond "L-iffissar u l-aġġustament ta' miri għall-Programmi Operattivi għall-FSE" (bl-Ingliż) jiddiskuti metodoloġiji għall-iffissar u l-aġġustament ta’ miri ta’ impjieg kumulattivi kkwantifikati. Id-dokument "L-iffissar u l-aġġustament ta' miri tal-FSE fl-inklużjoni soċjali" (bl-Ingliż) jindirizza din il-kwistjoni għall-PO li jinvolvu miżuri ta’ inklużjoni soċjali.

L-għan ta’ dawn id-dokumenti mhuwiex li jipprovdu lill-Istati Membri b’metodu uniku għall-iffissar ta’ indikaturi peress li dawn il-metodi jiddependu fuq it-tip ta’ indikatur u d-disponibbiltà tad-dejta. Minflok, l-għan ta’ dawn id-dokumenti huwa li jagħtu ħarsa ġenerali lejn il-prinċipji, il-metodi adattati u d-diffikultajiet li jista’ jkun hemm li għandhom jiġu mmirati.