Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

Aħbarijiet 11/07/2019

Innomina l-belt tiegħek għall-għaxar Premju Access City 2020

Innomina l-belt tiegħek għall-10 Access City Award 2020!

Fid-29 ta’ Novembru 2019, il-Kummissjoni Ewropea se tippremja r-rebbieħa tal-Għaxar Premju Access City (il-premjijiet għall-ewwel, it-tieni u t-tielet post u sa erba’ tismijiet speċjali). Għal darb’oħra, il-bliet se jiġu ppremjati għall-ħidma eċċellenti tagħhom biex jagħmlu l-bliet tagħhom aktar aċċessibbli għan-nies b’diżabbiltà u għall-anzjani.

Sabiex tiċċelebra dan l-istadju importanti ħafna, il-Kummissjoni Ewropea se tagħti premju fi flus lill-ewwel rebbieħa u lil dawk it-tnejn li jintgħażlu warajhom kif ġej:

  • L-ewwel premju: EUR 150 000;
  • It-tieni  premju EUR 120 000;
  • It-tielet  premju EUR 80 000.

Kif tista’ tapplika l-belt tiegħi?

Bliet madwar l-UE b’aktar minn 50 000 abitant huma eliġibbli biex japplikaw. Jekk pajjiż ikollu anqas minn żewġt ibliet b’dawn l-abitanti kollha, żewġt ibliet iżgħar jew aktar jistgħu jingħaqdu flimkien biex japplikaw. Jekk flimkien jgħaqqdu aktar minn 50 000 abitant, dawn jistgħu jipparteċipaw ukoll fil-Premju Access City.

L-applikazzjonijiet iridu jsiru billi wieħed jimla u jissottometti l-formola ta’ applikazzjoni online sal-11 ta’ Settembru 2019 (mhux wara 23:59 ħin ta’ Brussell).

Nota ta’ gwida għall-applikanti u r-regoli ta’ parteċipazzjoni se jkunu disponibbli bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE fuq is-sit web uffiċjali tal-Premju Access City. Jekk jogħġbok aqrahom bir-reqqa.

Ixxerja din il-paġna