Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

11/11/2015
Gwida mhux vinkolanti għal prattika tajba għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2013/35/UE - Kampi Elettromanjetiċi

Gwida mhux vinkolanti għal prattika tajba għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2013/35/UE - Kampi Elettromanjetiċi

Id-Direttiva 2013/35/UE tistabbilixxi rekwiżiti minimi ta’ sikurezza li jirrigwardaw l-esponiment tal-ħaddiema għal riskji li jirriżultaw minn kampi elettromanjetiċi (EMF). Madankollu, ftit impjegaturi ser ikollhom bżonn jikkalkolaw jew ikejlu l-livelli tal- EMF fil-post tax-xogħol tagħhom.Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, in-natura tax-xogħol imwettaq tkun tali li r-riskji jkunu baxxi u dan jista’ jiġi stabbilit b’mod pjuttost sempliċi.Din il-gwida hija maħsuba biex tgħinek tifhem kif ix-xogħol li twettaq jista' jiġi affettwat mid-Direttiva EMF. Din il-gwida mhijiex legalment vinkolanti u ma tipprovdix interpretazzjoni tarrekwiżiti legali speċifiċi li jista’ jkollok tikkonforma magħhom.Għalhekk għandha tinqara flimkien mad-Direttiva EMF, id-Direttiva Qafas (89/391/KEE) u l-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti. Din il-gwida hija maħsuba b'tali mod biex l-impjegaturi li huma diġà konformi jkunu jistgħu jistabbilixxu r-riskji malajr. Informazzjoni aktar iddettaljata, inkluż dwar il-valutazzjoni tal-esponiment u miżuri preventivi, tista' tinstab fil-Gwida komprensiva mhux vinkolanti għal prattika tajba għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2013/35/UE.

Din il-pubblikazzjoni hija disponibbli fl-ilsna uffiċjali kollha tal-UE.

Catalog N. : KE-04-15-142-MT-N

Disponibbli f'  EU Publications

Ixxerja din il-paġna