Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

Konsultazzjoni miftuħa

Titlu

Konsultazzjoni pubblika miftuħa dwar l-Evalwazzjoni ta’ Nofs it-terminu tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (il-FEG)

Qasam/Oqsma Politiċi

L-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u ż-Żgħażagħ

Grupp(i) fil-mira

Iċ-ċittadini u l-organizzazzjonijiet kollha huma mistiedna jikkontribwixxu. Madankollu, l-iktar li huma bżonjużi huma l-kontributi tal-partijiet ikkonċernati u tal-parteċipanti/benefiċjarji li kienu involuti direttament fil-FEG matul il-perjodu 2014–2020, b’mod speċjali: - Il-partijiet ikkonċernati li għandhom x'jaqsmu mat-tfassil u mat-twassil tal-għajnuna tal-FEG - Il-partijiet ikkonċernati li għandhom x'jaqsmu ma' kwistjonijiet usa’ ta’ ristrutturar ta' kumpaniji, industrijali u reġjonali -

Perjodu ta' konsultazzjoni Minn :     18/05/2016     sa :   18/09/2016
L-għan tal-konsultazzjoni

Din il-konsultazzjoni pubblika hija maħsuba biex tappoġġa l-Evalwazzjoni ta’ Nofs it-terminu tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont l-Artikolu 20 tar-Regolament il-ġdid dwar il-FEG (1309/2013) adottata f’Diċembru 2013. L-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tkopri l-attivitajiet tal-FEG matul il-perjodu 2014–2015. L-evalwazzjoni għandha tiġbor l-opinjonijiet tal-partijiet ikkonċernati u tal-benefiċjarji dwar l-aktar firxa wiesgħa ta' aspetti possibbli.

Il-Konsultazzjoni Pubblika Miftuħa għandha għalhekk rwol doppju. Mhux biss se tgħin biex jiġu vvalutati l-effettività, l-effiċjenza, is-sostenibbiltà u aspetti oħra tal-każijiet li qed jiġu analizzati, iżda se tgħin ukoll biex jissawwar il-futur tal-FEG. Huwa mistenni li l-konsultazzjoni pubblika miftuħa tipprovdi kontribut importanti għall-iżvilupp futur tal-fond..

Kif tibgħat il-kontribuzzjoni tiegħek

Jekk jogħġbok ikklikkja hawn biex tibgħat il-kontribut tiegħek.

Ara d-dokument ta' konsultazzjoni bg cs da de et el en es fr hr it lv lt hu mt nl pl pt ro sk sl fi sv
Ara l-kwestjonarju: https://ec.europa.eu/eusurvey/runner/5704b2e2-a098-4e3f-9799-9fe4249e74fe?surveylanguage=MT
Id-dokumenti ta' referenza u oħrajn, konsultazzjonijiet relatati
Dettalji biex tikkuntattjana ○servizz responsabbli : DĠ Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni, unità F2: Ġestjoni kondiviża tal-FEG
e-mail : EMPL-EGF-EVALUATION@ec.europa.eu
indirizz postali :Unità F2: Ġestjoni kondiviża tal-FEG, DĠ Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni tal-Kummissjoni Ewropea, Rue Joseph II, 27–00/120, B-1049 Bruxelles
Ara l-kontribuzzjonijiet F’ġieħ it-trasparenza, l-organizzazzjonijiet ġew mistiedna jipprovdu lill-pubbliku b'informazzjoni rilevanti dwarhom infushom billi jirreġistraw fir-Reġistru ta’ Trasparenza u jikkonformaw mal-Kodiċi tal-Kondotta tiegħu. Jekk l-organizzazzjoni ma tkunx irreġistrata, il-kontribut jiġi ppubblikat separatament u mhux mal-organizzazzjonijiet irreġistrati.
Ir-riżultati tal-konsultazzjoni u l-passi li jmiss
Contributions to the Open Public Consultation
en
Report of the Open Public Consultation
en
Synopsis of Consultations
en
Stqarrija speċifika dwar il-privatezza
Il-protezzjoni tad-data personali  

Aħbarijiet relatati

Ebda aħbar relatata fl-aħħar sitt xhur.

Ixxerja din il-paġna