Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

Alexander Helander – L-Iżvezja

 

Alexander Helander – L-Iżvezja.

Il-verżjoni Faċli biex tinqara ta’ dan it-test hi disponibbli hawn.

Alexander Helander huwa għalliem svediż fi skola sekondarja li għandu 31 sena, missier u para-atleta multiplu. Alexander kellu saqajh amputati lejn l-aħħar tal-2019/fil-bidu tal-2020 wara snin ta’ uġigħ minħabba każ aggressiv ta’ fibromatożi plantari tal-wiċċ. Sa minn dak iż-żmien, huwa ffoka li jsib metodi ġodda kif itejjeb il-mobilità tiegħu permezz tal-isports, ta’ eżercizzji ta’ rijabilitazzjoni u attivitajiet mal-familja tiegħu. Attivitajiet favoriti mal-familja jinkludu l-iskiing u ż-żfin. Huwa utent part-time tal-prostetiċi u tas-siġġu tar-rotti, b’interess qawwi fl-isport u fl-attivitajiet adattivi. Minn meta kellu l-amputazzjonijiet tiegħu, huwa sar player tal-floorball fis-siġġu tar-roti attiv fil-kampjonat Svediż u ingħaqad mat-tim nazzjonali Svediż tal-wakeboarding fil-kategorija ta’ bilqiegħda.

Instagram: ampisallen
YouTube: Ampisallen

Ixxerja din il-paġna