Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

Catarina Oliveira – Il-Portugall

 

Catarina Oliveira

Il-verżjoni Faċli biex tinqara ta’ dan it-test hi disponibbli hawn.

Catarina Oliveira, li għandha 33 sena, twieldet ġewwa Porto. Hija nutrizzjonista iggradwata fix-Xjenzi tan-Nutrizzjoni u l-Ikel mill-Università ta’ Porto, u taħdem ukoll bħala attivista għad-drittijiet tal-persuni li jgħixu b’diżabilità. Catarina hija passjonata dwar il-komunikazzjoni. Wara infjammazzjoni tas-sinsla tad-dahar fl-2016 li għamlitha persuna tgħix b’diżabilità motorja, hija ħolqot proġett fuq Instagram (@especierarasobrerodas) fejn wieħed mill-għanijiet prinċipali tiegħu kien li jbiddel il-mentalitajiet u jkisser il-preġudizzji u t-tabus relatati ma’ nies b’diżabilità. Il-fatt li hija għexet 27 sena mingħajr il-bżonn ta’ siġġu tar-rotti, imbagħad marret f’dinja fejn kellha tużah, qajjem fiha d-dinja ableista li ngħixu fiha. Meta rrealizzat dan, Catarina bdiet taħdem bħala kelliema fl-iskejjel, fl-universitajiet u fil-kumpanijiet bil-għan li tikkjarifika miti u tesponi problemi relatati mal-aċċessibilità, mal-inklużjoni u mar-rappreżentazzjoni ta’ nies b’diżabilità.

Instagram: especierarasobrerodas
Facebook: especierarasobrerodas
YouTube: C Feliz

Ixxerja din il-paġna