Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

Deza Nguembock - Franza (Verżjoni faċli li jinqara)

Deza Nguembock hi ċ-champion tagħna minn Franza.

Deza twieldet fl-Afrika.
Ta’ 4 snin,
kellha problemi kbar ta’ saħħa
li aktar tard ġagħluha tgħix
b’diżabbiltà.

Deza issa tgħix Pariġi u tmexxi negozju hemmhekk.
Xogħolha jiffoka fuq il-bdil tal-mod kif
persuni oħrajn jaraw persuni b’diżabbiltà.

Għamlet ħafna kampanji
biex turi li l-persuni b’diżabbiltà
huma bħal kwalunkwe persuna oħra.
M’għandhomx jitqiesu inferjuri
jew jiġu ttrattati b’mod differenti
minħabba li għandhom diżabbiltà.

Hi tagħti wkoll pariri
lin-negozji u l-organizzazzjonijiet
dwar kif għandhom jiġu inklużi l-persuni b’diżabbiltà
fix-xogħol tagħhom.

Deza spiss titkellem f’konferenzi
dwar l-inklużjoni u l-ugwaljanza.
Billi taqsam l-esperjenzi ta’ ħajjitha,
tittama li tispira
persuni oħrajn b’diżabbiltà
biex joħolmu kbir.

Tista’ ssegwi lil Deza:

Ixxerja din il-paġna