Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

Cisco García – Spanja (Verżjoni faċli li jinqara)

Cisco García hu ċ-champion tagħna minn Spanja.

Cisco kien jaħdem bħala avukat.

Fl-2015,
kellu inċident waqt li kien qiegħed snowboarding
li ġagħlu jgħix b’diżabbiltà.
Issa jmur minn post għal ieħor f’wheelchair.

Wara l-inċident,
ffoka fuq it-tennis
u sar tennista professjonali.

Cisco rebaħ medalji f’kompetizzjonijiet importanti
fi Spanja u fid-dinja.

Kiteb ukoll ktieb
li fih jitkellem dwar l-istorja tiegħu
u dak li tgħallem f’ħajtu.

Hu u jixxerja l-istorja tiegħu,
Cisco jittama li jgħin aktar nies jifhmu li
hu possibbli li jegħlbu żminijiet diffiċli
u jiġġieldu għall-ħolm tagħhom.

Tista' ssegwi lil Cisco fuq Instagram
billi tikklikkja hawnhekk

Tista' ssegwi lil Cisco fuq LinkedIn
billi tikklikkja hawnhekk

Ixxerja din il-paġna