Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

Jakob Rosin – l-Estonja (Verżjoni faċli li jinqara)

Jakob Rosin hu ċ-champion tagħna mill-Estonja.

Jakob twieled agħma.

Hu l-president tal-Unjoni tal-Għomja tal-Estonja.
Din hi organizzazzjoni li taħdem
biex tippromwovi d-drittijiet tal-persuni għomja fl-Estonja.

Hu wkoll ġurnalist tar-radju
u espert dwar l-aċċessibbiltà.

Hu jagħti pariri dwar kif siti web
jistgħu jkunu aċċessibbli
sabiex in-nies kollha jkunu jistgħu jużawhom
mingħajr problemi.

Fil-ħin liberu tiegħu,
Jakob jieħu gost joħloq mużika elettronika
u jiddiverti ma’ sħabu.

Tista’ ssegwi lil Jacob:

Ixxerja din il-paġna