Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

Veronika Pudilová – Ċekja (Verżjoni faċli li jinqara)

Veronika Pudilova hi artista bl-awtiżmu
miċ-Ċekja.

Fil-qosor, isejħulha Vera.

Għal Vera,
l-arti hi mod kif taqsam l-esperjenzi tagħha
mal-oħrajn.
Qed toħloq immaġnijiet li juru
kif tgħix bl-awtiżmu.

Vera għexet nofs ħajjitha fiċ-Ċekja
u nofsha fl-Ingilterra.

Vera qed taħdem għall-organizzazzjonijiet
li qed jissieltu għall-inklużjoni ta’ persuni bl-awtiżmu
f’kull ħaġa fil-ħajja.

Xogħolha taha l-opportunità
biex tiltaqa’ ma’ persuni oħrajn bl-awtiżmu,
tifhem l-awtiżmu aħjar
u taċċetta lilha nnifisha.

Vera taħseb li jeħtieġ li jsir ħafna xogħol
għall-persuni b’diżabbiltà
biex ikunu jistgħu jaħdmu, jgħixu b’mod indipendenti, jivvotaw
u jieħdu sehem f’kull ħaġa oħra fil-ħajja.

Hi taħseb ukoll li l-persuni b’diżabbiltà
għandhom jieħdu sehem fid-deċiżjonijiet kollha li jikkonċernaw ħajjithom
billi huma jafu sew il-ħtiġijiet tagħhom.

Tista' ssegwi lil Vera fuq Instagram
billi tikklikkja hawnhekk

Ixxerja din il-paġna