Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

Malta - Talba għall-Benefiċċju għal Korriment fuq il-Post tax-Xogħol u Marda/Kundizzjoni Medika relatata ma' Xogħol.

Il-benefiċċji huma pagabbli lil persuni li jsofru minn korriment fuq il-post tax-xogħol jew li jiżviluppaw kundizzjoni medika li hija relatata mal-post tax-xogħol.

Meta nista' nagħmel talba għal benefiċċju?

F'każ li persuna ġġarrab korriment fuq il-post tax-xogħol u tkun ħallset tal-anqas kontribuzzjoni waħda, hija għandha timla Applikazzjoni għall-Benefiċċju ta’ Korriment u tippreżentaha fid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjalifi żmien għaxart ijiem.

Jekk l-applikazzjoni hija relatata ma’ marda/kundizzjoni relatata max-xogħol ir-restrizzjoni ta' għaxart ijiem ma tapplikax u l-persuna għandha timla Rapport ta' Marda/Kundizzjoni Relatata ma' Xogħol.

Skont il-ligi ta' Malta ma jingħatawx għotjiet fi flus mill-Gvern meta persuna titlef ħajjitha fuq il-post tax-xogħol, iżda tingħata pensjoni tar-romol għal min jibqa’ ħaj mill-miżżewġin u t-tfal daqslikieku l-vittma kienet ħallset l-ammont massimu ta' kontribuzzjonijiet.

Kif nista' nikkwalifika?

F'każ li persuna tkun ħallset tal-anqas bolla waħda u ġġarrab xi korriment jew marda/kundizzjoni medika relatata max-xogħol, hija tkun intitolata għal benefiċċji ta’ korriment sa sena, li tibda mir-raba' ġurnata wara d-data tal-korriment. L-ewwel tlett ijiem jitħallsu mill-imgħallem. Jekk il-persuna li korriet jew ġarrbet marda/kundizzjoni medika tkun għadha ma daħlitx lura għax-xogħol wara għaxart ijiem, din tintalab tidher quddiem il-Bord Mediku maħtur mid-Dipartiment tas-Sigurtà Socjali.

Xi jmissni bi dritt u kif nista' nagħmel it-talba tiegħi?

L-applikant huwa intitolat għal benefiċċji mir-raba' ġurnata tad-data tal-korriment. L-ewwel tlett ijiem jitħallsu mill-Imgħallem. L-imgħallem għandu jħallas lill-impjegat il-paga bażika u l-applikant jirrifondi lill-imgħallem l-ammont ta' benefiċċju li l-applikant jirċievi mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. F'każ li l-benefiċċju jkun inqas mill-paga tal-impjegat, l-imgħallem iħallas id-differenza fil-paga. Il-benefiċċji għal persuni li jaħdmu għal rashom jitħallas dirett lilhom.

Ir-rati huma kif ġej:

Benefiċċju għal Korriment

Ġenitur waħdu jew persuni miżżewġa bi żwieġhom ma jaħdmux full-time: €34.55 għal kull ġurnata.

Persuni waħedhom jew persuni miżżewġa bi żwieġhom jaħdmu full-time: €26 għal kull ġurnata.

Pensjoni għal Korriment

Għal persuni li, bħala konsegwenza tal-korriment imġarrab fuq il-post tax-xogħol, isofru minn diżabilità ta' 90% jew aktar, titħallas Pensjoni għall-Invalidità anke jekk ikunu ħallsu ġimgħa waħda biss ta’ kontribuzzjoni.

Għal persuni li, bħala konsegwenza tal-korriment imġarrab fuq il-post tax-xogħol, li jsofru minn diżabilità ta' bejn 20% u 89%, il-pensjoni tvarja minn €17.72 sa €78.84 fil-ġimgħa.

Għotja għal Korriment

Persuni li jġarrbu diżabilità ta' bejn 1% u 19% huma intitolati għal somma ta’ bejn €275.89 u €5,240.10.

Min jibqa’ ħaj mill-miżżewġin flimkien mal-ulied ta' min jitlef ħajtu fuq il-post tax-xogħol huwa intitolat għal rata tal-pensjoni tar-romol daqs li kieku l-vittma ħallset l-ammont massimu ta' kontribuzzjonijiet.

Il-ħlas kollu msemmi hawn fuq jiġi amministrat mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.

Formoli li jkollok timla

L-applikant jew persuna oħra għandhom jippreżentaw l-Applikazzjoni għall-Benefiċċju ta’ Korriment f’każ ta’ korriment fuq il-post tax-xogħol jew Rapport ta' Marda/Kundizzjoni Medika Relatata ma' Xogħol f’każ ta’ mard okkupazzjoniali.

Huwa importanti li l-formola timtela bid-dettalji kollha meħtieġa, tkun iċċertifikata mit-tabib, approvata mill-imgħallem u f'każ ta' korriment fuq il-post tax-xogħol, din għandha tkun ikkonfermata minn xhud tal-inċident.

Kun af id-drittijiet tiegħek

Riżorsi ta’ Malta

Pubblikazzjonijiet tal-Kummissjioni u siti elettroniċi:

Lil min għandek bżonn tikkuntattja?

Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali

38, Triq l-Ordinanza

Valletta, VLT 1021

Lista taċ-Ċentri tas-Sigurtà Soċjali.

Aħbarijiet relatati

Ebda aħbar relatata fl-aħħar sitt xhur.

Ixxerja din il-paġna