Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

Malta - Kura tas-Saħħa

F'dan il-kapitlu hawn lista tad-diversi servizzi tas-saħħa pprovduti mis-sistema Maltija u l-kriterji tal-eliġibilità relatati.

Meta nista' nagħmel talba għal benefiċċju?

Iċ-ċittadini Maltin kollha, ir-residenti barranin impjegati jew li jaħdmu għal rashom li huma koperti minn leġiżlazzjoni tas-sigurtà soċjali jistgħu jirċievu kura tas-saħħa skont id-drittijiet stabbiliti mill-Ministeru responsabbli għas-saħħa u l-Anzjanità Attiva.

Kif nista' nikkwalifika?

L-eliġibilità għall-għoti tas-servizzi tal-kura tas-saħħa pubblika hija bbażata fuq il-kriterji tal-intitolament kif stipulat fil-leġiżlazzjoni relevanti.

Xi jmissni bi dritt u kif nista' nagħmel it-talba tiegħi?

Il-Ministeru responsabbli għas-saħħa u l-Anzjanità Attiva huwa responsabbli għall-fondi u għall-provvediment tas-servizzi tal-kura tas-saħħa iffinanzjati mill-Istat. Aċċess għal speċjalisti jingħata b'referenza minn tabib tal-familja.

F'Malta hawn ukoll sptarijiet, kliniċi u faċilitajiet oħra privati. Kura fil-faċilitajiet privati hija ffinanzjata minn assigurazzjoni privata jew imħallsa mill-pazjenti nfushom. Tobba u speċjalisti jitħallew jeżerċitaw il-professjoni tagħhom kemm fis-servizzi tal-kura tas-saħħa pubblika kif ukoll f'dawk privati. Il-faċilitajiet kollha tal-kura privata, apparti mill-kliniċi tat-tobba tal-familja u l-uffiċċji ta' konsulenza speċjalizzati, iridu jkunu liċenzjati mill-Awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika.

L-istituzzjonijiet tal-kura tas-saħħa pubblika jipprovdu firxa wiesgħa ta’ servizzi tal-kura tas-saħħa, inkluż kura għal kundizzjonijiet akuti, mard kroniku, kura ta’ qabel it-twelid, kura ta’ wara t-twelid, riabilitazzjoni u kura għall-anzjani.

**KURA TA’ EMERĠENZA – Is-servizzi ta’ kura tas-saħħa ta’ emerġenza huma pprovduti mingħajr ħlas fi sptarijiet ġenerali pubbliċi jew f’ambjent ta’ kura tas-saħħa primarja. Iċ-ċittadini tal-UE li jeħtieġu s-servizzi tal-kura tas-saħħa ta’ emerġenza jeħtieġu jippreżentaw il-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea (EHIC).

**KURA TA’ SAĦĦA PPJANATA – Il-kura tas-saħħa ppjanata fi sptarijiet pubbliċi u f’ċentri tal-kura tas-saħħa primarja hija pprovduta mingħajr ħlas lil persuni li qed jgħixu f’Malta li huma koperti mis-sigurtà soċjali u lil ċittadini tal-UE li għandhom ċertifikat ta’ intitolament taħt ir-Regolamenti 883/2004 u 987/2009 tal-UE.

**KURA TAS-SAĦĦA DENTALI – F’każ ta’ emerġenzi akuti, il-kura tas-saħħa dentali hija pprovduta mingħajr ħlas fi sptarijiet ġenerali pubbliċi.

Kura tas-saħħa dentali ta’ rutina trid titħallas mill-pazjenti nfushom fi kliniċi privati, fejn kollha huma liċenziatimill-Awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika.

**NIES BI DĦUL BAXX – In-nies bi dħul baxx, iddeterminati permezz ta’ test tal-mezzi, huma intitolati għal mediċini mingħajr ħlas minn lista ristretta ta’ mediċini essenzjaliu għal ċerti għajnuniet mediċi (soġġetti għal ċerti kundizzjonijiet u ħlas ta’ depożitu rimborsabili).

**NIES LI JBATU MINN MARD KRONIKU – In-nies li jbatu minn mard kroniku kif elenkat fl-Att tas-Sigurtà Soċjali (Kapitolu 318 tal-Liġijiet ta’ Malta) huma intitolati għal mediċini mingħajr ħlas. Dan il-benefiċċju mhuwiex iddeterminat skont test tal-mezzi.

Riċetta ta’ tabib minn tabib tal-familja liċenzjat hija meħtieġa għall-għoti tal-mediċini u għajnuniet mediċi. Hekk kif joħorġu mill-isptar pubbliku, il-pazjenti intitolati għall-għoti ta’ kura tas-saħħa mingħajr ħlas huma pprovduti bi provvisti tal-mediċini għal 3 ijiem.

Formoli li jkollok timla

Riferta minn tabib jew speċjalista.

Kun af id-drittijiet tiegħek

Riżorsi ta’ Malta

Is-sit web tal-Kummissjoni

Lil min għandek bżonn tikkuntattja?

Sptarijiet

Sptar Mater Dei, MsidaSptar Sir Paul Boffa, Floriana
Sptar tal-Onkoloġija, Sir Anthony Mamo, Msida
Sptar tar-Riabilitazzjoni Karen Grech, G'Mangia
Sptar Mt. Carmel, Attard
Faċilità ta’ Kura fit-Tul San Vinċens de Paule, Luqa
Sptar Ġenerali ta' Għawdex, Victoria, Għawdex

Lista ta’ Ċentri tas-Saħħa hawn.

Aħbarijiet relatati

Ebda aħbar relatata fl-aħħar sitt xhur.

Ixxerja din il-paġna