Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

In-Norveġja

Nota: Ir-residenti tal-pajjiżi Nordiċi l-oħrajn (id-Danimarka, il-Finlandja, l-Iżlanda u l-Iżvezja) iridu sempliċiment juru karta tal-identità valida biex ikollhom aċċess għall-kura tas-saħħa fin-Norveġja.

In-Norveġja ma adottatx ir-Regolament tal-UE 1231/10. Dan ifisser li ċittadini mhux mill-UE ma jistgħux jużaw l-EHICs tagħhom fin-Norveġja sakemm ma jkunux persuni mingħajr stat, refuġjati jew membri tal-familja ta' ċittadin tal-UE.

Emerġenza

  • Ċempel 113 fi kwalunkwe ħin
  • Ikkuntattja ċentru tas-saħħa muniċipali/sala ta’ emerġenza lokali fir-reġjun fejn qed toqgħod – Ċempel 116 117.

Kura, kopertura u spejjeż

Tobba

  • Biex tieħu kura essenzjali jew ta' emerġenza, preferibbilment għandek iżżur dipartiment tal-aċċidenti u tal-emerġenza ("legevakt") jew tabib tal-familja fis-sistema tal-kura tas-saħħa pubblika. Uri l-Karta tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea u l-passaport tiegħek jew identifikazzjoni oħra.
  • Meta jkollok kard valida, int intitolat tħallas tariffa sussidjata għall-kura bl-istess mod bħal persuna li tgħix fin-Norveġja. It-tariffi jistgħu jvarjaw u ma hemmx rimborż għalihom.

Dentisti

  • Normalment ikollok tħallas l-ispiża kollha għall-kura tas-snien.
  • Il-kura tas-snien normalment mhix rimborżabbli fin-Norveġja, ħlief għat-tfal.

Kura fi sptar

  • Irid ikollok riferiment mingħand tabib biex tirċievi kura fl-isptar.
  • F'emerġenza, tista' tmur għall-kura fl-eqreb sptar pubbliku.
  • Il-kura, inkluża kwalunkew mediċina li jkollok bżonn, għall-pazjenti li jiddaħħlu l-isptar, hija bla ħlas.
  • Biex tara speċjalista jew biex tirċievi kura out-patient, irid ikollok riferiment mingħand it-tabib, u trid tħallas it-tariffi standard applikabbli.

Riċetti

  • Il-mediċini bir-riċetta jistgħu jinġabru minn kwalunkwe spiżerija. It-tariffi jistgħu jvarjaw.

Ambulanza

  • It-trasport bl-ambulanza huwa bla ħlas f'każ ta' emerġenza.

Ambulanza bl-ajru

  • It-trasport bl-ambulanza tal-ajru huwa bla ħlas f'każ ta' emerġenza

Rimborż

Jekk ikollok tħallas għall-kura, ikkuntattja lill-fornitur tal-assikurazzjoni tas-saħħa tiegħek meta tirritorna f'pajjiżek biex titlob rimborż.


Kontribuzzjoni tal-pazjent

Jekk turi l-Karta tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea tiegħek, għandek tintalab tħallas biss il-miżata standard tal-pazjenti (li ma teħodhomx lura).

Jekk għandek xi mistoqsijiet, tista’ tikkuntattja lil Guidance Helsenorge:


Dijaliżi, ossiġenu u kimoterapija

  • Jekk taf li se jkollok bżonn id-dijaliżi, it-terapija bl-ossiġenu jew il-kemoterapija waqt li tkun in-Norveġja, trid tirranġa kollox minn qabel.
  • L-isptarijiet pubbliċi jistgħu jirrifjutaw li jirranġaw għall-kura minħabba problemi ta' kapaċità.
  • Għal mistoqsijiet dwar spejjeż ta' trasport ikkuntattja l-isptar.

Kif napplika għal EHIC?

Iċ-ċittadini Norveġiżi li huma intitiolati għall-EHIC jistgħu jordnawha billi jilloggjaw fuq helsenorge.no


Fejn jaċċettaw l-EHIC

  • It-tobba pubbliċi u s-servizzi tas-saħħa pubblika kollha jaċċettaw l-EHIC.
  • Ċempel lil Guidance Helsenorge: +47 23 32 70 00 jekk ikollok bżonn aktar informazzjoni.

Kard mitlufa jew misruqa

Kuntatti għad-detenturi tal-EHICs li jinħarġu fin-Norveġja

Guidance Helsenorge
Helsenorge.no (Portal tas-servizzi tas-saħħa pubblika)
Telefown: +47 23 32 70 00

Ixxerja din il-paġna