Ibgħat lil ħabib
RSS
google +
Verżjoni għall-istampar

minn Stefan Schreck, Kap tal-Unità Informazzjoni għas-Saħħa, il-Kummissjoni Ewropea, DĠ Saħħa u Konsumaturi

minn Stefan Schreck, Kap tal-Unità Informazzjoni għas-Saħħa, il-Kummissjoni Ewropea, DĠ Saħħa u Konsumaturi

Il-kejl tas-saħħa, bħal dak tal-kuntentizza, jista' jkun diffiċli biex isir.   Iżda, fortunatament, nistgħu nkejlu xi aspetti dwar is-saħħa pubblika u s-sistemi tas-saħħa tagħna, b'għodda utli ferm li jisimha Ħarsa Ħafifa lejn is-Saħħa.

Ħarsa Ħafifa lejn is-Saħħa huwa rapport konġunt mill-Kummissjoni u l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi li jipprovdi dejta komparattiva dwar is-saħħa u s-sistemi tas-saħħa f'35 pajjiż Ewropew.

Iż-żmien tal-pubblikazzjoni ta' dan ix-xahar tat-tielet edizzjoni tar-rapport, Ħarsa Ħafifa lejn is-Saħħa: Ewropa 2014, hu ideali. Hekk kif jaħbat mal-bidu ta' mandat ġdid tal-Kummissjoni, dan ir-rapport jagħti bażi ta' fatti li fuqhom jistgħu jittieħdu deċiżjonijiet ta' politika u b'mod malajr jitfa' l-attenzjoni fuq il-punti b'saħħithom u dawk dgħajfa tagħna.

Pereżempju, mill-1990 kien hemm żieda ta' 5.1 snin fl-istennija tal-għomor li jfisser li qed nagħmlu xi ħaġa tajba. Iżda dejta ġdida turi wkoll in-nuqqasijiet tagħna: pereżempju, wieħed minn kull sitt adulti issa hu obeż meta mqabbel ma' wieħed minn kull tmienja għaxar snin ilu.

Barra minn hekk, sabiex jenfasizza xejriet ewlenin bħal-lonġevità u l-obeżità u l-fatturi determinanti tas-saħħa li jinfluwenzawhom, ir-rapport jeżamina l-infiq fuq is-saħħa u l-inugwaljanzi, ir-riżorsi tal-kura tas-saħħa, il-kwalità tal-kura u l-aċċess għall-kura.

Il-kapitlu dwar in-nefqa fuq is-saħħa joffri informazzjoni partikolarment interessanti.  Għalkemm qed noħorġu minn kriżi ekonomika, il-baġits tas-saħħa xorta qed jiġu ssikkati f'ħafna pajjiżi, li jfisser tnaqqis fis-salarji, fin-nefqa u fil-forza tax-xogħol. Iżda, minkejja dan, l-għadd ta’ tobba u infermiera per capita żdied fi kważi l-pajjiżi kollha tal-UE.

Ħarsa Ħafifa lejn is-Saħħa jneħħi l-fattur ta' intwizzjoni fil-valutazzjoni tal-prestazzjoni tas-saħħa pubblika u tas-sistemi tas-saħħa billi jipprovdi numri reali dwar għażla ta’ indikaturi primarjament ibbażati fuq l-Indikaturi Bażiċi tas-Saħħa Ewropej żviluppati mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri tal-UE.

Iżda bħal meta jkollok rapport tat-tabib fi tmiem eżaminazzjoni, mhux biżżejjed li tkun taf liema huma l-problemi tas-saħħa tiegħek.  Trid tieħu azzjoni ta' segwitu biex issolvihom. 

Health at a Glance

Aktar dwar din it-tema