Indikaturi Bażiċi tas-Saħħa Ewropej (ECHI)

L-indikaturi tas-saħħa huma settijiet ta' dejta (tabelli, graffs, mapep) dwar l-istatus tas-saħħa, il-fatturi li jiddeterminaw is-saħħa u l-kura fil-pajjiżi membri tal-UE u f’pajjiżi Ewropej oħrajn. Jippermettu l-monitoraġġ u t-tqabbil, u jservu bħala bażi għat-tfassil tal-politika.

Tipi ta' indikaturi tas-saħħa

Minn lista sħiħa ta’ 88 Indikatur Bażiku tas-Saħħa Ewropew (ECHI), hemm kważi 60 indikatur tas-saħħa Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) li għalihom id-dejta hi disponibbli malajr u hi raġonevolment komparabbli. Fejn xieraq, iċ-ċifri jingħataw skont is-sess u l-età kif ukoll skont l-istatus soċjoekonomiku u l-livell reġjonali. L-ECHI huma miġbura taħt l-intestaturi li ġejjin.

IntestaturaEżempji
Sitwazzjoni demografika u soċjoekonomikaPopolazzjoni, rata tat-twelid, qgħad totali
Status tas-saħħaMortalità infantili, HIV/AIDS, korrimenti f'inċidenti tat-traffiku
Fatturi li jiddeterminaw is-saħħaMin ipejjep regolarment, konsum/disponibbiltà ta' frott
Intervenzjonijiet tas-saħħa: servizzi tas-saħħaTilqim tat-tfal, għadd ta' sodod fl-isptarijiet, nefqa għas-saħħa
Intervenzjonijiet tas-saħħa: promozzjoni tas-saħħaPolitiki dwar in-nutrizzjoni tajba għas-saħħa

għodda tad-dejta ECHI

L-għodda tad-dejta ECHI Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) tipprovdi dejta dwar l-indikaturi tas-saħħa Ewropej. Id-dejta tista’ tiġi ppreżentata f’formati differenti: line chart, bar chart, mappa jew tabella. Tista’ tiġi kkonvertita fi stampa jew titniżżel mill-internet bħala fajl tad-dejta. L-għodda tippermetti selezzjoni multipla ta’ indikaturi.

Referenzi