Politika

Indikatur hu miżura kwantitattiva jew kwalitattiva ta' kemm aħna viċin li nilħqu għan stabbilit (riżultat ta' politika). L-indikaturi jgħinu biex ir-rendiment ikun analizzat u mqabbel ma' gruppi tal-popolazzjoni jew żoni ġeografiċi oħra, u jistgħu jkunu utli biex jiġu deċiżi prijoritajiet ta' politika. L-indikaturi tas-saħħa bbażati fuq dejta affidabbli u li tista' titqabbel huma essenzjali għat-tfassil tal-istrateġiji u l-politiki biex titjieb is-saħħa tal-Ewropej u biex tkun immonitorjata l-implimentazzjoni tagħhom.

Il-Kummissjoni Ewropea diġà tippubblika għadd ta' settijiet ta' indikaturi tas-saħħa u dejta, li se jkomplu jintużaw u jkunu estiżi biex jinkorporaw kwistjonijiet emerġenti dwar is-saħħa.

L-istrateġija ta' informazzjoni dwar is-saħħa

  • Il-Grupp ta' Esperti dwar l-Informazzjoni tas-Saħħa (EGHI) Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) hu struttura konsultattiva b'rappreżentanti mill-Istati Membri kollha biex jappoġġaw il-mekkaniżmi ta' implimentazzjoni ġenerali għall-istrateġija tas-saħħa rigward l-informazzjoni tas-saħħa.
  • Għall-politika tad-DĠ SANTE, iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea (JRC) jimplimenta s-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni dwar il-Kanser (ECIS).

Indikaturi tas-saħħa tal-UE

Wieħed mill-għanijiet tal-Kummissjoni hu li tipproduċi dejta li tista' titqabbel dwar is-saħħa, l-imġiba marbuta mas-saħħa, il-mard u s-sistemi tas-saħħa.

Dan irid ikun ibbażat fuq indikaturi komuni tas-saħħa tal-UE, li għalihom ikun hemm qbil mal-Ewropa dwar definizzjonijiet, ġbir u użu:

Klassifikazzjonijiet internazzjonali

L-użu konsistenti tas-sistemi ta' klassfikazzjoni bi qbil internazzjonali Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel български (bg) čeština (cs) dansk (da) Deutsch (de) eesti keel (et) ελληνικά (el) English (en) español (es) français (fr) italiano (it) latviešu valoda (lv) lietuvių kalba (lt) magyar (hu) Nederlands (nl) polski (pl) português (pt) română (ro) slovenčina (sk) slovenščina (sl) suomi (fi) svenska (sv) , bil-kunċetti u d-definizzjonijiet komuni tagħhom, hu essenzjali biex ikunu jistgħu jitqabblu d-dejta reġistrata u kodifikata b'mod standard u l-indikaturi bbażati fuqha.