Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

Impjieg fis-settur pubbliku

Postijiet miżmuma għaċ-ċittadini ta' dak il-pajjiż

Il-pajjiżi tal-UE jistgħu jżommu ċerti postijiet fis-settur pubbliku għal ċittadini tagħhom. Din hija eċċezzjoni għar-regola ġenerali tal-moviment ħieles tal-ħaddiema u għalhekk għandha tkun interpretata b'mod restrittiv.

  • Dawk il-positijiet biss li jinvolvu partiċipazzjoni diretta jew indiretta fl-eżerċizzju tal-awtorità pubblika u ħidma mfassla biex tissalvagwardja l-interess ġenerali tal-istat jistgħu jkunu riżervati għaċ-ċittadini ta' dak il-pajjiż.
  • Dawn il-kriterji jridu jkunu valutati każ b'każ, skont il-kompiti u r-responsabbilitajiet koperti mill-post.

Reklutaġġ u kondizzjonijiet tax-xogħol

Għal postijiet oħra li mhumiex riżervati għaċ-ċittadini ta' dak il-pajjiż, ċittadini ta' pajjiżi oħra tal-UE għandhom ikunu ttrattati bl-istess mod bħal dawk tal-pajjiż fir-rigward ta':

  • l-aċċess għall-postijiet, pereżempju proċeduri ta' reklutaġġ
  • kondizzjonijiet tax-xogħol, bħas-salarju u l-grad.
  • rikonoxximent tal-esperjenza professjonali u l-anzjanità

Meta persuni minn pajjiżi oħra tal-UE japplikaw għal postijiet fis-servizz pubbliku, jista' jsibu diffikultajiet biex l-esperjenza professjonali u l-anzjanità tagħhom jiġu rikonoxxuti f'pajjiżi oħra tal-UE. Madankollu:

  • l-amministraturi fis-settur pubbliku għandhom jikkunsidraw perjodi ta' xogħol komparabbli li sar f'pajjiż ieħor tal-UE - kemm għar-reklutaġġ kif ukoll biex jiġi deċiż is-salarju, il-grad u l-kondizzjonijiet tax-xogħol
  • dan il-perjodu ta' żmien għandu jittieħed f'konsiderazzjoni bl-istess mod bħall-esperjenza professjonali u l-anzjanità fil-pajjiż li jilqa'.

Aktar tagħrif

Aħbarijiet relatati

Ebda aħbar relatata fl-aħħar sitt xhur.

Ixxerja din il-paġna