Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

Aħbarijiet 30/03/2020

Inizjattiva ta' Investiment fir-Rispons għall-Coronavirus adottati

Fit-30 ta’ Marzu ġiet addotatta l-Inizjattiva ta’ Investiment fir-Rispons għall-Coronavirus li se tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ April.

© DimaBerlin / Shutterstock

EUR 37 biljun mill-fondi tal-politika ta’ koeżjoni se jsaħħu is-sistemi tal-kura tas-saħħa, jsostnu l-intrapriżi żgħar u medji, skemi tax-xogħol għall-perjodu qasir u servizzi tal-komunita`. Barra minn hekk il-Fond tas-Solidarjetà tal-UE se jgħin l-aktar pajjiżi milquta.

Mill-1 ta’ Frar 2020 in-nefqa se tkopri l-ispejjeż minfuqa fl-isforz biex jiġu salvati u protetti iċ-ċittadini.

Mit-total, madwar EUR 8 biljuni se jiġu minn fondi strutturali pre-finanzjati imma mhux minfuqa fl-2019. Din il-miżura ġdida se tippermetti l-Istati Membri jonfqu flus mhux użati biex itaffu l-impatt tal-pandemija minflok li jroddu lura l-flus lill-baġit ta’ l-UE. EUR 29 biljun oħra se jiġu sborżati kmieni minn allokazzjonijiet li kienu ippjanti għall-iktar tard din is-sena.

L-Istati Membri se jkollhom ukoll iktar flessibilita` biex jagħmlu trasferimenti bejn il-fondi tal-politika ta’ koeżjoni biex ir-riżorsi jintużaw fejn hu l-iktar meħtieġ.

Ixxerja din il-paġna